Saviour Attard – BOV plejer tax-xahar tal-GFA

Wednesday, December 12, 2012, 20:47

Id-difensur ċentrali tal-Nadur Youngsters FC Saviour Attard rebaħ l-BOV plejer tax-xahar għal Ottubru, għall-ewwel darba wara li dan il-premju ġiet ntrodott fuq inizjattiva tal-bank. L-aħħar darba lid an il-premju ngħata kien fl-istaġun 2001/02.

 

Il-konsistenza ta’ Attard fl-ewwel ġimgħat ta’ dan l-istaġun għen lil Nadur Youngsters FC jirbħu l-ewwwel unur tal-istaġun meta akkwistaw it-32 edizzjoni tat-Tazza tal-Independenza. In-Nadur jinsabu fiit-tieni post tal-kampjonat tal-ewwel diviżjoni, punt fuq taħt il-leaders Kercem u punt fuq Xagħra United.

 

Jack Theuma,  Manager fi ħdan il-fergħat ta-Bank of Valletta f’ Għawdex , ippreżenta lit-trofew tax-xahar ta’ Ottubru lil Saviour Attard li għażel lil jagħti d-donazzjoni tiegħu lilll-fondazzjoni Arka

 





Leave a comment