Sandra Xuereb u Kayden Laganà jirbħu l-Gold Cup 2020 fil-Eden Super Bowl

Monday, July 13, 2020, 8:11

Xuereb, li bdiet l-bowling biss madwar sena u nofs ilu għelbet lil Liliana Spiteri fil-finali 176-170 u 174-164. Spiteri, li ddominat l-kwalifiki, spiċċat wkoll fl-ewwel post wara r-round robin fejn rebħet 4 mill-5 logħbiet tagħha. Xuereb spiċċat fit-tielet post fir-round robin, biex l-ewwel għelbet lil Marthese Cossai u mbagħad kellha bżonn li tegħleb lil Spiteri darbtejn biex toħroġ rebbieħa. Ir-raba’ post mar għand Kathryn Fenech, segwita minn Natasha Bianchi u Rachel Chircop.

Il-kompetizzjoni tal-irġiel kienet bħas-soltu ferm missielta. Melvin Galea spiċċa l-ewwel wara l-kwalifiki b’vantaġġ komdu, iżda ngħata ġlieda tajba minn Chris Fenech ta’ 13-il sena li wara li kkwalifika fir-raba’ post, ħareg sparat fir-round robin fejn kiseb erba’ rebħiet b’medja tajba ta’ 185 biex wasal sat-tieni  post quddiem il-ħabib tieghu ta’ 12-il sena Kayden Laganà.

Wara li tilef ma’ Fenech fl-aħħar logħba tar-round robin, Laganà għelbu fid-decider biex jilgħab il-finali kontra Galea. Laganà ma ħarisx lura u ħareġ rebbieħ denju b’rebħiet ta’ 210-176 u 178 -164. Laganà minbarra li sar l-iżgħar rebbieħ tat-Tazza tad-Deheb, b’hekk rebaħ it-tazza tad-Deheb, tal-Fidda u tal-Bronż.

Mark Serge spiċċa fir-raba’ post, segwit minn Jonathan Sciberras u Nicholas Falzon.





Leave a comment