Sana Grillo tipparteċipa ġol-EYOF 2015 f’Tbilisi

Tuesday, July 28, 2015, 17:36

Gavin Muscat

European Youth Olympic Festival – Tbilisi 2015

Il-ġinnasta ta’ 14 il-sena SANA GRILLO se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fl- Edizzjoni tal-European Youth Olympic Festival f’Tbilisi, Ġorġja. Miċ-Ċerimonja tal-Ftuħ li saret fl-Istadium Olimpiku ta’ Tbilisi tard is-Sibt bil-lejl għall-ewwel kompetizzjonijiet mid-disa’ dixxiplini fil-programm tal-Logħob. B’kollox ġew akkreditati numru rekord ta’ atleti ta’ madwar 3700 atleta mid-49 pajjiż affiljat mal-European Olympic Committees.

Sana Grillo tidħol fl-azzjoni nhar l-Erbgħa 29 ta’ Lulju bil-programm intensiv tal-individwali fil-ġinnastika artistika.

Mal-wasla tagħha f’Tbilisi flimkien mal-kowc Plamen Angelov Peynov u ma’ chef de mission tal-Kumitat Olimpiku Malti, Charles Camenzuli , hija kellha żewġ sessjonijiet ta’ taħriġ kemm fiċ-ċentru tal-ġinnastika li jifforma parti minn kumpless t’ erba’ impjanti sportivi kif wkoll fl-istadium tal-ġinnastika mibni apposta għal dan il-Logħob.

Preżenti wkoll f’Tbilisi , Francesca Borg li qed tagħmel parti mill-ġurija internazzjonali fi ħdan il-Federazzjoni Ewropea tal-Ġinnastika.

Il-kontinġent Malti





Leave a comment