San Giljan jibqghu jittamaw

Sunday, July 28, 2013, 10:13

Mill-Kampjonat Premier San Giljan Sir Alex sammew it-tamiet taghhom ghar-rebh tal-kampjonat wara li huma ghelbu lil Exiles Ferretti 19-11. San Giljan kellhom partita pjutost facli fejn huma rebhu 3 sessjonijiet minn 4. Kienu huma li rebhu l-ewwel sessjoni 6-3. Fit-tieni sessjoni Exiles irkupraw xi ftit u spiccaw s-sessjoni f`parita ta` 4-4. Fit-tielet u r-raba sessjoni San Giljan hargu rebbieha 6-2 u 3-2 rispettivament. L-aqwa skorers ghall-San Giljan u tal-partita kienu Peter Biros u Marco Avramov li skurjaw 5 goals kull wiehed. B`din ir-rebha San Giljan baqghu 3 punti taht Neptunes Emirates.

 





Leave a comment