Samuel Bartolo u Jurgen Balzan rebbieħa tal-kampjonati lokali

Wednesday, May 29, 2019, 11:57

Il-kampjonat lokali tat-Table Football li ġie organiżżat mill-Malta Table Football Sports Association ġie fi tmiemu nhar il-Ħadd li għadda.

Samuel Bartolo plejer ta’ Valletta Subbuteo Club sar iċ-ċampjin tal-kampjonat premier segwit minn Mario Camilleri plejer ta’ Valletta Subbuteo Club u Jean Tabone plejer tat-tim taljan SC Salernitana.  Bartolo rebaħ is-sitt kampjonat mingħajr telfa.

Il-kampjonat tal-ewwel diviżjoni ġie mirbuħ minn Jurgen Balzan ta’ Valletta Subbuteo Club, b’telfa waħda biss.  B’hekk Jurgen Balzan ġie promoss għad-diviżjoni premier.  Miegħu ġew promossi wkoll Jamie Bonnici ta’ Valletta Lions TFC u Andrew Abela li ġew fit-tieni u t-tielet post rispettivament.

Issa jingħata bidu għal preparamenti għat-Tazza tal-Ewropa, li din is-sena se ssir fil-Belġju f’Ġunju. Awguri Malta!!





Leave a comment