Sammut rebaħ il-WotoMoto Enduro Challenge

Wednesday, December 19, 2018, 14:24

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, li kienet waħda impenjativa għall-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi, fejn nhar il-Ħadd 16 ta’ Dicembru fil-Kumpless Sportiv f’Ta’ Qali ġiet organizzata l-ewwel attività mill-Kampjonat Nazzjonali Wotomoto Enduro 2018/2019.

Fi Klassi A Bernard Sammut ħareġ rebbieħ fuq mutur Husqvarna 300 b’ħin ta 6 minuti 31.829 sekondi segwit minn Carmelo Borg fuq mutur Honda 450 b’ħin ta 6 minuti 51.412 sekondi. Fit-tielet post spiċċa Matthew Gauci fuq mutur Beta 300 b’ħin ta 6 minuti 58.593 sekondi.

Fi Klassi B Daniel Borg fuq mutur Beta 350 rebaħ din il-klassi b’ħin ta’ 7 minuti 29.401 sekondi segwit minn Andrew Cassar fuq mutur KTM 300 b’ħin ta 7 minuti 30.375 sekondi, filwaqt li Aidan Camilleri fuq mutur KTM 300 spiċċa fit-tielet post b’ħin ta 7 minuti 41.746 sekondi.

Fi Klassi Ċ rajna numru ta kompetituri ġodda li ħadu sehem f’din l-attività, bir-rebbieħ li kien Luke Borg fuq mutur Kawasaki 250 b’ħin ta 8 minuti 4.439 sekondi segwit minn Kevin Calleja fuq mutur KTM 150 b’ħin ta 8 minuti 26.077 sekondi, fit-tielet post spiċċa Kyle Stone fuq mutur KTM 250 b’ħin ta 8 minuti 30.423 sekondi.

L-attività spiċċat bil-preżentazzjoni mill-kumpanija Wotomoto Ltd bid-ditta BETA fejn għat-tieni sena konsekuttiva offrew mutur ġdid fjamant BETA RR 350 lil Bernard Sammut, ir-rebbieħ f’din l-attività biex jikkompeti b’dan il-mutur ġdid għal mutal l-istaġun li ġej kif ukoll ikun jista jagħmel it-taħriġ kollu b’dan il-mutur Beta. Il-preżentazzjoni saret mis-Sur Neil Falzon General Manager tal-Wotomoto flimkien mal-President tal-Enduro Sur Eddie Bonello fejn għal darb’ohra Bernard Sammut fuq mutur Husqvarna rebaħ il-kompetizzjoni tal-ġurnata bl-inqas ħin, dak ta 6 minuti 31.829 sekondi,

Il-kumpanija Wotomoto ħadet ħsieb ukoll tippreżenta hamper lill Carmelo Borg li spiċċa runner-up fit-tieni post filwaqt li Matthew Gauci li spiċċa fit-tielet post gie ippreċentat b’voucher mid-ditta BETA. L-Assoċjazzjoni irringrazzjat lid-ditta u ġie imħabbar li s-sena dieħla d-ditta se tkun l-isponsor ewlieni għat-tielet edizzjoni tal-WotoMoto Enduro Challenge 2019.

Intant nhar il-Ħadd 23 ta’ Diċembru 2018 l-“Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi” ħa torganizza l-attivtà speċjali li ssir kull sena fi żmien il-Milied. Bħal snin preċedenti l-attività tiġi mtella biex jinġabru fondi għall-ISTRINA. F’din il-25 edizzjoni ta’ din l-attività, fil-programm tal-ġurnata sejrin naraw is-sezzjoni Autocross bit-tieni attività mill-Kampjonat Nazzjonali ASMK Pasta Poiatti 2018/2019 u l-Muturi Motocross li ser itellgħu attività Fun Race. Il-programm tal-ġurnata jibda fit-8:00am bil-Muturi u l-karozzi jsegwu mill-10:00am. Il-program mistenni jispiċċa bid-Demolition Derby li tibda għall-ħabta tat-3:00pm.

Għalkemm il-kompetituri tad-Demolition qed isibuha diffiċli ħafna li jixtru karozzi qodma għal dan l-avveniment tad-Demolition li jittellha darba fis-sena, 30 kompetitur irreġistraw għal din il-kompetizzjoni. F’din l-edizzjoni se naraw 11 il-kompetitur ġdid u 19 li huma sewwieqa li soltu jieħdu sehem f’din il-logħba. Għaldaqstant meta n-numru ta’ kompetituri ġodda ikun iktar min terz, jagħmilha iktar diffiċli li jkun previst min sa jkun ir-Rebbieħ u r-Runner-Up tiegħu. Għalkemm il-ħbit bil-karozzi hija l-irwol ta’ din il-logħba is-sewwieqa għandhom regoli ta’ sigurtà speċjali li jiħu osservati sabiex titħares is-saħħa tas-sewwieqa kollha. Ir-regoli preventivi għal din il-loghba jridu jkunu osservati mis-sewwieqa kollha matul u sa l-aħħar tad-Demolition Derby. Filwaqt, l-Assocjazzjoni tieħu l-prekawzjonijiet kollha meħtiega biex dan iseħħ.

Iktar informazzjoni wieħed jista jsibha wkoll fis-sit elettroniku tal-Assocjazzjoni www.asmk.org.mt jew fil-paġni tal-Facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista jagħmel kuntatt bl-email:- info@asmk.org.mt

Rittrati ta’ Mario Micallef





Leave a comment