Saint Nicholas Suns itemmu l-impenji tagħhom

Wednesday, March 6, 2013, 22:00

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Mellieħa 54

St. Nicholas Suns 65

(23-10)(13-20)(11-14)(7-21)

 

St. Nicholas Suns temmew l-impenji tagħhom fil-kampjonat għal dan l-istaġun b’rebħa fuq Mellieħa 65-54. Mellieħa rkupraw lil Joshua Aquilina fil-waqt li Suns kellhom diversi players neqsin fosthom Hubert Agius, Micheal Barberi, Roberto Formosa u Robert Mercieca. Mellieħa kellhom bidu tajjeb u bdew bi trippla minn Oliver Sammut u komplew b’run ta’ 13-2 b’żewġ trippli minn Aquilina. Stefano Borg kellu trippla għal Suns pero’ Mellieħa kienu 23-10 minn fuq fi tmiem is-sessjoni. Fit-tieni perjodu Mellieħa żammew vantaġġ ta’ 14 –il punt 29-15 wara three pointers fuq kull naħa. Il-vantaġġ ta’ Mellieħa kompla jikber 36-19 wara trippla oħra minn Paul Magro. Id-dħul ta’ Igor Marjanovic ta saħħa ġdida lis-Suns u kien protagonist f’run ta’ 11-0 li rathom inaqqsu d-distakk għal sitt punti 36-30 fil-halftime.

Wara l-intervall, Mellieħa reġgħu bdew tajjeb b’basket minn Samuel Aquilina u trippla minn Sammut. Suns ukoll kellhom it-three pointers minn Simon Cauchi i punti ta’ Marjanovic biex naqqsu d-distakk għal 3 punti. Is-sessjoni għalqet b’żewġ baskets fuq kull naħa għal skor ta’ 47-44. Fil-ftuħ tal-aħħar taqsima, Suns ħadu l-partita f’idejhom u bdew b’run ta’ 11-0 b’Marjanovic jibqa’ jkun protagonist. Mellieħa waqqfulhom din ir-run b’basket ieħor ta’ Aquilina però Suns baqgħu iżidu l-vantaġġ bil-punti ta’ Keith Scicluna. Mellieħa issa kienu demoralizzati u Suns għalqu l-partita bil-punti ta’ Robert Camilleri għal skor finali ta’ 65-54.

 

Mellieħa Tritones: J. Sant, M. Cauchi, J. Muscat 4, B. Borg 5, P. Magro 8, O. Sammut 8, J. Aquilina 12, S. Aquilina 7, M. Borg Anastasi 10, R. Roznowski, H. Fenech.

St. Nicholas Suns: K. Scicluna 17, S. Borg 3, R. Camilleri 9, J. Paris 3. R. Camilleri, S. Cauchi 5, I. Marjanovic 28.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile

 

Siġġiewi 56

Phoenix Qormi Żmerċ Pub 42

(17-10)(14-8)(15-10)(10-14)

 

Siġġiewi kisbu r-raba’ rebħa fuq Phoenix Qormi Żmerċ Pub dan l-istaġun bi skor ta’ 56-42 biex ħadu wkoll is-sitt rebħa tal-kampjonat. Huma kienu mingħajr Alister Duncan fil-waqt li Phoenix irkupraw lil Antoine Costa però kienu mingħajr Kenneth Genovese u Clayton Debono. Wara bidu kwiet, Siġġiewi ħadu vantaġġ bil-punti ta’ Clement Kodomaris u Graham Coleiro. Phoenix wieġbu bi trippla ta’ Costa pero’ baskets minn Lee Grech u Coleiro ħallew lil Siġġiewi fuq quddiem 17-10. Fit-tieni perjodu Phoenix fetħu bi trippla ta’ Andras Toompere bis-Siġġiewi jwieġbu permez ta’ John Paul Antoncic. Wara baskets fuq kull naħa, Siġġiewi kellhom break qasir ta’ 8-2 biex daħlu jistrieħu 31-18 minn fuq.

Wara l-mistrieħ, Siġġiewi komplew iżidu l-vantaġġ b’iktar punti ta’ Kodomaris u Coleiro. Darren Debattista wieġeb għal Phoenix qabel ma Siġġiewi żiedu d-distakk bil-punti ta’ Grech. Phoenix għalqu s-sessjoni bi trippla ta’ Trevor Grech però Siġġiewi kien għad kellhom vantaġġ ta’ 18 –il punt 46-28. L-aħħar sessjoni kienet iktar bilanċjata u wara li Anthony Shoults kellu trippla għal Siġġiewi, kien hemm sitt punti konsekuttivi ta’ Toompere għal Phoenix flimkien ma’ punti minn Clayton Camenzuli. Siġġiewi għalqu l-partita bi trippla minn Camenzuli għal skor finali ta’ 56-42.

 

Siġġiewi: L. Grima 2, L. Grech 7, S. Mamo 3, JP Antoncic 6, A. Debattista, A. Cutajar 2, C. Kodomaris 14, G. Coleiro 19, A. Shoults 3.

Phoenix Qormi Żmerċ Pub: C. Camenzuli 8, G. Micallef, J. Vassallo 2, K. Azzopardi 4, D. Debattista 5, T. Grech 9, A. Costa 3, A. Toompere 14.

Referees: Clive Terribile, Luke Camilleri.

 

Floriana 62

Miscela D’Oro Mtarfa 52

(16-15)(13-10)(8-6)(10-16)(15-5)

 

Miscela D’Oro Mtarfa kienu viċin li jiksbu l-ewwel rebħa tal-istaġun però ċedew fil-ħin barrani biex Floriana kisbu s-sitt rebħa tal-kampjonat fuq skor ta’ 62-52. Floriana kienu mingħajr Kyle Borg u għal Mtarfa kienu nieqsa JP Borg, Daniel Farrugia u Nicholas Grech. Il-partita bdiet bi trippli fuq kull naħa minn Calvin Calleja għal Mtarfa u Rihards Polis għal Floriana. Il-Furjaniżi żammew vantaġġ ta’ basket 9-7 qabel ma Mtarfa kellhom żewġ three pointers minn Matthew Borg u Malcolm Sammut. Kien lejn tmiem is-sessjoni li Floriana rnexxielhom jerġgħu jieħdu l-vantaġġ bi trippla ta’ Polis u basket minn Jeremy Curmi għal skor ta’ 16-15. Fit-tieni sessjoni Floriana kellhom run ta’ 9-2 biex għal darb’oħra żiedu d-distakk 25-19 b’Mark Pace ikollu trippla. Mtarfa wkoll wieġbu bi trippla minn Alex Psaila però baskets ta’ Ervin Farrugia u Curmi ħallew lil Floriana 7 minn fuq 29-22. Qabel intemmet it-taqsima kien hemm il-punti ta’ Mike Agius għal Mtarfa biex fl-intervall Floriana kienu 29-25 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni l-punti naqsu ferm fuq iż-żewġ naħat. Mtarfa bdew bl-ewwel erba’ punti biex reġgħu ġabu l-iskor indaqs 29-29. Floriana kellhom il-punti ta’ Curmi flimkien ma’ trippla oħra ta’ Pace. Wara li Agius kellu basket ieħor għal Mtarfa, Floriana għamlu l-aħħar 3 punti kollha minn freethrows għal skor ta’ 37-31. Fl-aħħar perjodu l-partita sbieħet u saret akkanita ferm. Punti konsekuttivi ta’ Psaila fosthom trippla raw lil Mtarfa jersqu punt taħt l-avversarji. Pace għamel trippla għal Floriana però Mtarfa komplew bil-mument posittiv tagħhom u kellhom run ta’ 7-0 bil-punti ta’ Calleja u trippla ta’ Darryl Farrugia u marru minn fuq 45-42. Fl-aħħar 27 sekonda ir-raba’ trippla ta’ Pace ġabet l-iskor indaqs 47-47 u l-partita marret għal ħin barrani. Floriana bdew bi trippla ta’ Polis pero’ Sammut mal-ewwel wieġeb bi trippla għal Mtarfa. Punti ta’ Pace, Shamala u Polis ħallew lil Floriana fuq quddiem u Mtarfa bdew ibatu biex jagħmlu l-punti biex Floriana rebħu l-partita 62-52.

 

Floriana: K. Cucciardi, G. Cordina, K. Borg, R. Polis 17, J. Curmi 20, M. Pace 16, E. Farrugia 6, A. Pace, O. Shamala 3, K. Vella, M. Ciantar.

Miscela D’Oro Mtarfa: A. Psaila 12, J. Vella, C. Calleja 11, M. Sammut 12, D. Farrugia 3, M. Borg 3, M. Agius 11.

Referees: Steve Gouder, Emanuel Mangani

 

 

F’partita oħra li ntlagħbet matul il-ġimgħa, il-leaders Starlites komplew fil-mixja tagħhom fil-quċċata tal-klassifika meta b’diffikulta għelbu lil Mellieħa 68-63.

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti
Starlites

11

11

0

22

St. Nicholas Suns

12

8

4

20

Siġġiewi

11

8

3

19

Floriana

11

6

5

17

Mellieħa Tritones

11

4

7

15

Phoenix Qormi Żmerċ Pub

11

2

9

13

Miscela D’Oro Mtarfa

11

0

11

11





Leave a comment