Sa fl-aħħar ASA … imma vera prosit

Friday, July 9, 2010, 12:00

minn Sandro Micallef

Iva sa fl-aħħar l-ASA l-Aquatic Sports Association, l-Assoċjazzjoni Maltija li torganizza wkoll il-Kampjonati Nazzjonali tal-water polo irnexxiela tagħmel biċċa xogħol ta’ vera, biċċa xogħol professjonali. Iva sa fl-aħħar il-ġurnalisti issa qed jingħataw il-line ups ipprintjati u kif. Hekk kif jidher f’dan l-iscan il-line up sheet hi verament ideali għal min bħali jkun xogħol il-Pixxina jirraporta xi logħba jew imur biex jipprepara xi kummentraju bħal ma kien fil-kas tiegħi il-bieraħ.

Il-Line Up uffiċjali tal-logħba Sirens v Sliema

Il-Line Up uffiċjali tal-logħba Sirens v Sliema

Mela jumejn ilu  mort għall-ewwel darba il-Pixxina Nazzjonali din is-sena biex nara l-erba’ teamijiet hekk imsejħa kbar fl-azzjoni qabel nibda, jekk Alla jrid, il-kummentarji bit-trasmissjonijiet live fuq Melita Sports. Poġġejt ħdejn il-veteran kollega u espert fil-Waterpolo Alex Vella li kien qed jirraporta għal-ġurnal The Times u fuq il-mejda kellu din il-print out. Għidtlu dik l-ASA qed jagħmluha jew lestejta int u ġibta mieħek, daħaqli u qalli le ta, dawk huma l-ASA, jekk tmur issaqsi jtuk waħda. Dlonk inżilt minn fuq l-mejda tal-media u saqsejt lil Edgar Izzo għal Line Up u b’ferħ liema bħalu kelli din il-Line Up bid-data, bil-ħin, ismijiet tal-players u n-numri wkoll. Prosit tassew.

Ma kienx biżejjed għaliex wara l-logħba sirt naf li issa l-ġurnalisti qed jingħataw ukoll il-famuża match report… tal-ġenn vera tal-ġenn fis-sens pożittiv.

Forsi għal min qed jaqra dan l-artiklu qed jgħid x’inhu dan l-għaġeb kollu li qed jagħmel Micallef, mela qatt ma ħareġ mid-dar jew ma jafx li jeżisti l-computer… Sħabi naf u kif ….nassigurakhom pero’ li sa ftit żmien ilu kien ikollna nikkupjaw il-Line Ups bil-miktub u niġġieldu min se jieħu l-oriġinali…. dan issa passat, għaliex l-ASA sa fl-aħħar aġġornat u qed taqsam dan l-avvanz anke magħna l-media. Sa fl-aħħar issa jista’ jkollna anke l-Match Report u jkollna konferma mhux biss ta’ l-iscorers iżda wkoll il-ħinijiet tal-goals u anke dettalji dwar it-tkeċċijiet.

Prosit minn hawn lill ASA u anke lil kull min kien involut f’din il-biċċa xogħol vera professjonali. Inizjattiva tajba u nispera li issa tibdew taħsbu għal xi riżma karta iktar għaliex meta sħabi l-ġurnisti jaraw biċċa xogħol serja bħal din jibdew jagħmlu l-qalb u jibdew jiġi jirraportaw iktar b’entużjażmu l-logħba tal-water polo. Nispera li nara xi żewġ ġurnalisti ġodda wkoll jieħdu iktar interess f’din l-logħba tant sabiħa.





3 Comments

  1. Henry Calleja says:

    Qed tiskantani kif fl-ahhar skoprejt li l-ASA tipprezentalna lilna l-gurnalisti l-line-up kompkuterizzata qabel kull partita u fl-ahhar taghtina match report dettaljata ta l-istess partita. Ilha s-snin taghmel dan u hawnhekk ghandna nirringrazzjaw lil ufficjali tal-mejda u anki lil Edgar Izzo li jiehu hsieb dan is-servizz. Kien hemm zmien meta Edgar kien jiehu l-inkarigu li jigi bihom fil-press box fit-tielet sular. Kof qatt ma kont taf dan kollu? Wake up my friend!!

    [Reply]

  2. Mario Cachia says:

    Kemm nigbed l attenzjoni li L ASA ilha ghal dawn tlett snin b din is sistema. Almenu Sandro kien l ewwel gurnalist li fahhara, wara tlett snin. Din hija l istess sistema li tintuza fl olimpjadi u fil kampjonati tad dinja tal waterpolo. Mhux hekk biss. il file jista wkoll jintbat bhala soft copy , ie email.

    Mario Cachia

    [Reply]

  3. richard pace says:

    About time ASA but better late than never. We do hope that the ASA now invests in a new scoreboard

    [Reply]

Leave a comment