S.A.F.A. Tazza tal-Milied

Friday, December 11, 2015, 18:58

Nhar is-sibt li għadda saru erba logħbiet oħra mis-Swan Amateur Football Ass sponsorjatt mid-ditta Joseph Sammut Co Ltd,fejn saru zewg logħbiet mill-ewwel fazi tal-kampjonat u sar zewg logħbiet ohra fejn ingħata l-bidu tal-kompetizzjoni ta’ tazza tal-Milied,fejn fl-ewwel partita tal-gurnata mill-kampjonat Għargħur Bushwackers għelbu lil Luqa Juniors bl-iskor ta’ 4-2 biex lahqu lil-istess Luqa b’ seba punti,biex fit-tieni partita Dingli Eagles komplew jersqu lejn in-naha ta’ fuq fil-klassifika meta għelbu lil Tarxien Cavalieri Hotel bl-iskor ta ‘ 3-1,biex mill-kompetizzjoni ta’ tazza tal-Milied saru zewg logħbiet mill-ewwel rawnd fejn San Gwann Knigħts għelbu lil Bahrija AFC bl-iskor ta’ 3-0 u qatgħu passagg għal kwarti finali kontra Tarxien,biex fit-tieni partita tal-gurnata u l-aktar wahda mistennija Ta’ Giorni Wolves ukoll qatgħu passagg għal kwarti finali meta għelbu lil Valletta St.Pauli Geal bl-iskor ta’ 3-1 wara l-għoti tal-penalties wara li l-partita spiccaw fi draw ta’ 2-2,biex fil-kwarti finali l-Wolves issa jiltaqu kontra Mriehel Devon,minn naha tal-beltin din kienet unika darba li gew eliminati daqshekk kmieni kemm ilhom jiehu sehem fl-assocjazzjoni li sfaw eliminati fi stadju hekk bikri tal-kompetizzjoni fejn rebhu dan l-unur għal xejn inqas minn erbatx il-darba fl-istorja glorjuza tagħhom.

Għargħur Bushwacker vs Luqa Juniors

Fl-ewwel partita tal-gurnata mill-ewwel fazi tal-kampjonat Għargħur Bushwacker għelbu lil Luqa Juniors bl-iskor ta’ 4-2,biex b’din ir-rebha Għargħur lahqu lil-istess Luqa f’nofs il-klassifika fejn il-glieda għal minn ser ikun il-hames tim li jilgħab fic-championship pool ser tkun missielta bejn tliet timijiet Għargħur,Luqa u San Gwann Knigħts.

Għargħur jafu l-importanza tal-punti hargu aggressivi u wara li resqu vicin bosta drabi,biex fit-23minuta logħob fethu l-iskor permezz ta’ Chris Wismayer,biex hekk baqu sa tmiem l-ewwel taqsima.  Fit-tieni taqsima Għargħur komplew jippressaw u fl-40minuta logħob kabbru l-iskor permezz ta’ Ryan Fenech,imma Luqa juniors għamlu reazzjoni u naqsu l-iskor permezz ta’ Andre Galea fit-48minuta logħob imma Għargħur regu skurjaw darbtejn ohra permezz ta’ Raphael de Oliveira 51 u Rodrigo Patricio 59minuta,biex qabel intemmet il-partita Luqa Juniors għamlu l-iskor aktar rispettabli meta naqsu l-iskor permezz ta’ Carston Dimech għal skor finali ta’ 4-2 favur Għargħur.   Referee : Joe Azzopardi.

Dingli Eagles vs Tarxien Cavalieri Hotel

Fit-tieni partita Dingli Eagles għamlu pass kbir li jispiccaw mal-ewwel ħamsa u fit-tieni fażi jilgħabu fic-championship pool meta għelbu lil Tarxien Cavalieri Hotel bl-iskor ta’ 3-1

biex b’din ir-rebha Dingli telgħu zewg punti taht il-leaders Hamrun imma lagħbu partita aktar,minn naha ta’ Tarxien it-tamiet tagħhom li jispiccaw ma l-ewwel hamsa kwazi sfumaw.

Fl-ewwel taqsima il-logħob kien bilancjat bil-ballun tiela u niezel fejn iz-zewg difizi għarfu jikkontrollaw lil attakkanti rispettivi,biex sa tmiem it-taqsima l-iskor baqa ma infetahx.

Fit-tieni taqsima Dingli tefu kollox fuq l-attakk u fil-41minuta logħob marru fil-vantagg permezz ta’ Paul Azzopardi,imma Tarxien malajr kisbu l-gowl ta’ draw permezz ta’ Hassan Agid fid-49minuta logħob,imma Dingli komplew juru l-ahjar logħob u skurjaw darbtejn ohra permezz ta’ Nicolai Caruana 60 u iehor permezz ta’ Marwani al Mekki fis-68minuta logħob għal skor finali ta’ 3-1 u tliet punti ferm importanti għal post ma l-ewwel hamsa.   Referee : Emanuel Calleja.

San Ġwann Knights vs Baħrija

Fit-tielet partita tal-gurnata kienet mill-kompetizzjoni ta’ tazza tal-Millied l-ewwel rawnd fejn San Ġwann Knights qatgħu passagg għal kwarti finali meta għelbu lil Bahrija bl-iskor ta’ 3-0,biex fil-kwarti finali issa jiltaqu ma Tarxien,fejn fl-ewwel taqsima il-logħob kien bilancjat,imma fl-34minuta logħob San Gwann marru fil-vantagg permezz ta’ Mario Galea.

Fit-tieni taqsima San Gwann Knights komplew fejn hallew fl-ewwel taqsima u skurjaw doppjetta personali permezz ta’ Ryan Buhagiar 48,69minuta logħob biex accertaw il-kwalifikazzjoni tagħhom għal kwarti finali bl-iskor finali ta’ 3-0.   Referee : Jonathan Buhagiar.

Ta’ Giorni Wolves vs Valletta St.Pauli

Fl-aħħar partita fil-programm u l-aktar wahda mistennija ukoll mill-kompetizzjoni ta’ tazza tal-Milied Ta’ Giorni Wolves qatgħu passagg għal kwarti finali meta għelbu lil Valletta St.Pauli Geal bl-iskor ta’ 3-1 wara l-għoti tal-penalties,wara li sal-hin regolamentari l-iskor baqa dak ta’ 2-2,biex fil-kwarti finali Ta’ Giorni Wolves jiltaqu kontra Mriehel Devon.Partita akkanita u movimentata kif jafu joffru z-zewg nahat kull meta li jiltaqu kontra xulxin,fil-fatt kienu Valletta St.Pauli li marru fil-vantagg wara 11il-minuta logħob bi free-kick dirett minn Kane Micallef,imma Ta’ Giorni Wolves bdew joperaw bil-kontra attakk u fl-20minuta logħob kisbu l-gowl ta’ draw permezz ta’ Tarik Ibrahim,il-Wolves komplew jippressaw u fil-25minuta logħob marru fil-vantagg permezz ta’ Christian George Mallia li evita n-nasba tal-off-side u kompla javvanza u tefa fir-rokna tax-xibka għal skor ta’ 2-1.

Fit-tieni taqsima l-beltin għamlu assedju fuq il-lasti tal-Wolves fejn sabu lil gowlkiper Weal Mousa dejjem attent fejn salva bosta okkazzjonijiet difficli u anki laqtu l-lasti,biex l-isforzi tagħhom gew ippremjati għax fil-61minuta logħob George Frendo kiseb il-gowl ta’ draw minn korner dirett,biex sa tmiem il-beltin kienu sfortunali li ma skurjaw il-gowl tar-rebha fejn id-difensuri tal-Wolves salvaw zewg attentati ta’ skor minn fuq il-linja fatali,biex sa tmiem l-iskor baqa ma inbidielx għal skor finali ta’ 2-2,biex kellhom jinataw il-penalties,fejn Ta’ Giorni Wolves skurjaw tliet darbiet permezz ta’ Gary Tanti,Luca Bugeja,Christian George Mallia,għal Valletta skorja George Frendo u fallew Kane Micallef tefa barra, u x-xuttijiet ta’ Alexander Adebowale u Zvezden Vukovic gew salvati bi bravura mill-gowlkiper tal-Wolves,biex il-beltin għat-tieni darba dan l-istagun sfaw eliminati minn kompetizzjoni ohra wara l-għoti tal-penalties.   Referee ; Lorry Sammut.





Leave a comment