S.A.F.A. Tazza tal-Milied Kwarti-Finali

Friday, December 11, 2015, 20:31

Nhar is-sibt li għadda sar programm iehor ta’ erba logħbiet mis-Swan Amateur Football Ass sponsorjat mid-ditta Joseph Sammut Co.Ltd,fejn saru l-kwarti finali ta’ tazza tal-Milied,fejn fl-ewwel zewg partiti li kellna fil-programm l-favoriti netti Ta’ Giorni Wolves u San Gwann Knights ma naqsux milli jiksbu l-kwalifikazzjoni għas-semi finali meta għelbu lil Mriehel Devon bl-iskor ta’ 6-1 u lil Tarxien Cavalieri Hotel bl-iskor ta’ 5-2 rispettivament,biex iz-zewg kwarti finali l-ohra kienu missielta u kumbattuti,fejn Dindli Eagles komplew bis-serje pozittiva tagħhom meta għelbu lil Għargħur Bushwackers bl-iskor ta’ 3-2 biex qatgħu passaġġ għas-semi finali,biex l-aħħar partita fil-programm u l-aktar wahda mistennija Hamrun Titans ukoll għaddew għas-semi finali meta għelbu lil Luqa Juniors wara l-għoti tal-penlties bl-iskor ta’ 5-4 wara li l-partita spiċċaw fi draw ta’ 0-0,għal Hamrun Titans rega kien il-protagonista l-gowlkiper tagħhom Gilbert Spiteri li salva l-penalti decisiv,għal Hamrun din kienet it-tieni darba dan l-istagun li għaddew għas-semi finali bl-għoti tal-penaltis wara li aktar kmieni dan l-istagun kien eliminaw lil Valletta St.Pauli fil-kompetizzjoni tal-Ray Bartolo Memorial Cup u dejjem ikun l-gowlkiper ta’ Ħamrun Gilbert Spiteri li jiddistigwa ruhu.

Ta’ Giorni Wolves vs Mrieħel Devon

Fl-ewwel kwarti finali tal-gurnata Ta’ Giorni Wolves ftit sabu diffikulta biex għelbu lil Mriehel Devon bl-iskor ta’ 6-1 biex kienu l-ewwel semi finalisti li qatgħu passaġġ għal ma l-aħħar erba,Ta’ Giorni hargu aġġressivi u sa tmiem it-taqsima kienu diga skorjaw tliet darbiet permezz ta’ Dean Camilleri 4minuti,Shaun Bugeja 11minuta,u Dustin Vella 22minuta,biex qabel intemmet it-taqsima  fit-32minuta logħob Kurt Bonnici naqas l-iskor għal Mriehel Devon,biex il-Wolves daħħlu jistriehu bl-iskor ta’ 3-1,bil-partita mirbuha u mitlufa diga l-partita ma kienx fadalla aktar storja.

Fit-tieni taqsima l-Wolves komplew fejn hallew fl-ewwel taqsima u skurjaw tliet darbiet ohra mingħajr risposta permezz ta’ Dustin Vella 49minuta u doppjetta personali ta’ Tarik Ibrahim fil-54,60 minuta għal skor finali ta’ 6-1 u passaġġ għas-semi finali fejn issa jiltaqu ma Hamrun Titans li erba t’ ijiem qabel ukoll iridu jiltaqu magħhom fil-finali tal-Ray Bartolo Memorial Cup.  Referee : Anthony Buhagiar.

San Ġwann Knights vs Tarxien Cavalieri Hotel

Fit-tieni kwarti finali San Gwann Knigħts ukoll għamluwa għal ma l-aħħar erba meta għelbu lil Tarxien Cavalieri Hotel bl-iskor ta’ 5-2,biex issa jiltaqu kontra Dingli Eagles,partita b’zewg ucuh zewg sa tmiem l-ewwel taqsima l-logħob kien bilancjat fil-fatt kienu San Gwann Knigħts li fethu l-iskor permezz ta’ Ryan Buhagiar fil-11 il-minuta imma reazzjoni ta’ Tarxien li kisbu l-gowl ta’ draw permezz ta’ Hassan Agid fid-19 il-minuta logħob imma San Gwann malajr regu hadu l-kontroll tal-logħob f’idejhom u fil-25minuta logħob regu marru fil-vantaġġ permezz ta’Glenn Fenech,imma qabel intemmet it-taqsima Tarxien setgħu għamlu l-iskor inqas meta ingħataw penalti imma mill-11il-metru Hassan Agid tefa barra.

Fit-tieni taqsima San Gwann hargu fuq l-offensiva u fl-40minuta logħob Ryan Cauchi kabbar il-vantaġġ,biex l-iskor kompla jikber meta s-saints skurjaw darbtejn ohra permezz ta’ Ryan Buhagiar 52 u Glenn Fenech 58,biex fl-aħħar hinijiet Tarxien għamlu l-iskor aktar rispettabli meta naqsu l-iskor permezz ta’ Hassan Agid għal skor finali ta’ 5-2..

Referee : Ismael Barbara.

Dingli Eagles vs Għargħur Bushwackers

Fit-tielet kwarti finali Dingli Eagles komplew bis-serje pozittiva tagħhom meta għelbu lil Għargħur Bushwackers bl-iskor ta’ 3-2,biex fis-semi finali issa jiltaqu kontra San Gwann fejn iz-zewg nahat qed ifixxu l-ewwel unur f’din il-kompetizzjoni. Partita missielta u bilancjata fejn wara biss minuta logħob Dingli Eagles marru fil-vantaġġ permezz ta’ Ezedden Saih,mahsudin minn dan il-gowl Għargħur bdew johorgu mill-qoxra difensiva u fit-12il-minuta logħob kisbu l-gowl ta’ draw permezz ta’ Raphel Oliveira biex hekk baqu sa tmiem it-taqsima. Fit-tieni taqsima l-logħob kompla ikun movimentat u fit-43minuta logħob Għargħur marru fil-vantaġġ permezz ta’ Raphel Oliveira biex kiseb doppjetta personali,imma Dingli Eagles xorta komplew jigru wara r-rizultat u l-isforzi tagħhom gew ippremjati għax fit-53minuta logħob kisbu l-gowl ta’ draw permezz ta’ Nicolai Caruana,biex id-determinazzjoni tagħhom li kisbu post fis-semi finali ta’ l-frott għax fil-61minuta logħob skorjaw il-gowl tar-rebha permezz ta’ Ezedden Saih li kiseb doppjetta personali għal skor finali ta’ 3-2.   Referee : Jules Ngangue.

Ħamrun Titans vs Luqa Juniors

Fl-aħħar kwarti finali tal-gurnata u l-aktar wahda mistennija mill-erba li saru Hamrun Titans u Luqa Juniors spiċċaw fi draw ta’ 0-0 biex kella tkun il-lotterija tal-penaltis li iddeciedid minn ser ikun l-aħħar semi finalist fejn Hamrun Titans hargu rebbieha bl-iskor ta’ 5-4,bil-protagonist jerga ikun il-gowlkiper hamruniz Gilbert Spiteri li salva l-penalti decisiv,biex fis-semi finali issa jiltaqu kontra Ta’ Giorni Wolves li qabel din is-semi finali irridu jiltaqu magħhom fit-8 ta’ Dicembru għal finali ta’ tazza tal-ex-segretarju l-Ray Bartolo Memorial Cup. Kronaka tal-partita bejn Luqa Juniors u Hamrun Titans kienet partita bilancjata milgħuba fi spirtu sportiv bil-ballun tiela u niezel fejn iz-zewg difizi dejjem għarfu jamministraw u jikkontrollaw il-furja tal-attakkanti rispettivi biex sa tisfiera finali l-iskor baqa ma infetahx, għalhekk gew mogħtija l-penalties fejn għal Hamrun Titans skurjaw Carlo Leonardi,Miguel Francica,Matthew Coleiro,Mauro Busuttil u Etienne Sammut,għal Luqa Juniors skurjaw Nazzareno Abela,Marlon Farrugia,Richard Galea,Charles Camilleri biex Jesmond Lia falla l-mira għax ix-xutt tiegħu kien salvat mill-gowlkiper Gilbert Spiteri skor finali 5-4 għal hamrunizi.    Referee : Nelson De Vella.





Leave a comment