S.A.F.A. :Ta’ Giorni Wolves u Ħamrun Titans fil-Finali tar-Ray Bartolo Memorial Cup

Friday, December 11, 2015, 17:22

Gavin Muscat

Nhar is-sibt li għadda saru s-semi-finali ta’ seba edizzjoni tal-kompetizzjoni ta’ Swan Amateur Football Ass Ray Bartolo Memorial Cup sponsorjata mid-ditta Joseph Sammut Co Ltd fejn fl-ewwel semi finali Hamrun Titans komplew bil-mixja pozittiva tagħhjom meta għelbu lil Għargħur Bushwackers bl-iskor ta’ 3-2 wara l-hin barrani fejn sa tmiem il-partita l-iskor baqa dak ta’ parita bl-iskor ta’ 2-2,biex qatgħu passagg għall-ewwel finali tagħhom fi din il-kompetizzjoni,biex fit-tieni semi-finali Ta’ Giorni Wolves bl-istess skor identiku għelbu lil Luqa Juniors bl-iskor ta’ 3-2 biex qatgħu passagg għat-tieni finali tagħhom f’din il-kompetizzjoni wara li fl-istagun 2010-2011 kienu rebhu dan l-unur għas-spejjes ta’ San Gwann 93.

-Ħamrun Titans vs Għargħur Bushwackers

Fl-ewwel semi finali tal-gurnata Hamrun Titans komplew bil-mixja pozittiva li bdew bija dan l-istagun meta issuperaw lit-tim ta’ Għargħur Bushwackers f’konfront missielet meta hargu rebbieha bl-iskor ta’ 3-2 wara li kellu jintlgħab il-hin barrani,minn naha ta’ Għargħur dawn qassmu l-logħob għal hafna hin tul il-partita kollha fejn anki setgħu hargu fuq in-naha rebbieha.

Partita missielta bil-ballun tiela u niezel fejn iz-zewg difiza dejjem għarfu jikkontrollaw sakemm fis-16il-minuta logħob Hamrun marru fil-vantagg permezz ta’ Master Phiramsakchai li tefa fir-rokna tax-xibka,Għargħur għamlu reazzjoni u fit-23minuta logħob kisbu l-gowl ta’ draw permezz ta’ Ryan Degiorgio,imma r-reazzjoni hamruniza kienet immedjata u fid-28minuta logħob regu marru fil-vantagg permezz ta’ Carlo Leonardi li mill-11il-metru ma zbaljax biex Hamrun Titans dahhlu jistriehu b’gowl vantagg għal skor ta’ 2-1.  Fit-tieni taqsima Għargħur Bushwackers hargu fuq l-offensiva u wara li resqu vicin bosta drabi fil-57minuta logħob gustament kisbu l-gowl ta’ draw permezz ta’ Raphael Felipe Ortic de Oliveira biex għamel l-iskor indaqs dak ta’ 2-2,biex sa tisfiera finali li baqa ma inbidielx,biex kellu jintlgħab il-hin barrani,biex fl-ewwel minuta tal-hin barrani fi-71minuta logħob Hamrun Titans f ‘ kontra attakk veloci skurjaw il-gowl tar-rebha permezz ta’ Anthony Spiteri li b’xutt mill-ewwel hasad lil gowlkiper avversarju għal post fil-finali.     Referee : Etienne Mangion

-Ta’ Giorni Wolves vs Luqa Juniors

Fit-tieni semi finali tal-gurnata Ta’ Giorni Wolves għelbu lil Luqa Juniors bl-iskor identiku dak ta’ 3-2 biex dawru telfa rebha u qatgħu passagg għat-tieni finali tagħhom f’din il-kompetizzjoni wara li kienu kisbu dan l-unur hames staguni ilu,minn naha ta’ Luqa Juniors dawn taw daqs kemm qalgħu imma ma għarfux izommu l-vantagg biex spiccaw fuq in-naha telliefa.

Partita milgħuba fi spirtu sportiv quddiem pubbliku numeruz, fejn il-bidu kienu kollu tal-Juniors għax wara 9minuti logħob marru fil-vantagg permezz ta’ Marlon Farrugia b’azzjoni personali tefa minn taht il-gowlkiper tal-Wolves,l-logħob kompla ikun interessanti u f ‘ 20minuta logħob Ta’Giorni Wolves kisbu l-gowl ta’ draw permezz ta’ Alessandro Certelli li minn free-kick dirett sa x-xibka,imma Luqa Juniors komplew jippressaw u fil-31minuta logħob regu marru fil-vantagg permezz ta’ Marlon Farrugia biex kiseb doppjetta personali,biex Luqa dahhlu jistriehu b’gowl vantagg għal skor ta’ 2-1.

Fit-tieni taqsima Ta’ Giorni Wolves iddominaw lil avversarji tagħhom u dawru telfa f’rebha meta skurjaw darbtejn mingħajr risposta permezz ta’ Alessandro Certelli 52minuta li ukoll kiseb doppjetta personali u issigillaw r-rebha u post fil-finali permezz ta’ Dunstan Vella 64minuta logħob għal skor finali ta’ 3-2,biex Ta’ Giorni Wolves u Hamrun Titans jiltaqu fil-finali li ser issir nhar it-Tlieta 8 ta’ Dicembru 2015 fil-ground ta’ haz-Zebbug fl-4.00pm.     Referee : Sandro Spiteri

 





Leave a comment