Rudolph Agius kiser ir-rekord Nazzjonali tal-Ironman fit-Triathlon

Friday, October 11, 2019, 13:45

It-triatleta ta’ Birkirkara St Joseph Club Rudolph Agius poġġa ismu fil-kotba tal-istorja tal-isport aktar kmieni din il-ġimgħa wara prestazzjoni trijonfanti fil-Ironman Triathlon f’Barċellona.

L-għawma ta’ 3,800 metru fl-ilmijiet sħan tal-Baħar Mediterran taw bidu għat-tellieqa fil-bajja ta’ Calella. Il-korsa tar-rota kienet ċatta, li kienet tfisser tellieqa mgħaġġla ħafna. Simili kienet ir-rotta ta’ 42.2 km minn Calella sa Calella-Santa Susanna għall-ġirja finali.

Agius, li jiffoka fuq it-triathlon fuq distanza twila, kkompeta f’numru sostanzjali ta’tlielaq Ironman. Agius ipproduċa l-aqwa prestazzjoni tiegħu, f’Barċellona fuq din id-distanza, meta rreġistra ħin ta’ 55 minuta 18-il sekonda fl-għawma, ħin ta’ 4 siegħat 48 minuti 30 sekondi  fuq ir-rota u ħin ta’ 3 sigħat 11 minuti 27 sekonda fil-maratona. Il-ħin kumplessiv tiegħu kien ta’ 9 sigħat u 53 sekonda. Agius kiseb il-ħames post fil-Grupp tal-Età tiegħu li ra lil 566 atleta jispiċċaw it-tellieqa.

Il-ħin miksub minn Agius fisser li hu kiser ir-Rekord Nazzjonali attwali tat-Triathlon fuq Distanza Twila kif ukoll żgura postu fil-Kampjonati Dinjija 2020 li  ser isiru f’Kailua-Kona, il-Hawai.

Il-kwalifikazzjoni ta’ Agius għal Kona kienet it-tieni għalih, u huwa l-uniku atleta lokali li kkwalifika diversi drabi għall-dawn il-Kampjonati.





Leave a comment