Round ‘l bogħod minn tmiem l-ewwel fażi

Monday, March 26, 2018, 17:43

Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

minn Colin Schembri

Għal darb’oħra sar programm t’erba’ partiti fi spazju ta’ tlett ijiem u hekk kif issa jonqos round wieħed ta’ logħob qabel il-play-offs, Depiro huma matematikament barra mill-play-offs. Dan wara li l-protest ta’ Luxol fil-partita tal-ġimgħa li għaddiet kontra Starlites kien milqugħ u b’hekk Luxol ħadu rebħa ta’ 20-0.

Gżira Athleta 53

Caffè Moak Luxol 72

(13-9)(11-22)(7-25)(22-16)

Fl-ewwel partita Caffè Moak Luxol għelbu li Gżira Athleta 72-53. Luxol kienu mingħar Martina Darmanin però rkupraw lil Sarah Pace. L-ewwel sessjoni kient ta’ skor baxx hekk kif Athleta bdew bil-punti ta’ Amelia Simmons u Julia Schembri bi Christina Grima twieġeb bi trippla għal Luxol. Athleta komplew bil-punti ta’ Leanne Duncan però Maria Brown ukoll kellha l-punti għal Luxol għal skor ta’ 13-9. Fit-tieni perjodu, Luxol ħadu l-vantaġġ wara run ta’ 11-3 bi trippla ta’ Sarah Pace. Athleta ftit kellhom risposta u Luxol approfittaw biex għamlu run oħra ta’ 11-4 bil-punti jaslu minn Christina Curmi, Brown u Pace fost l-oħrajn biex fl-intervall kienu 31-24 minn fuq.

L-andament tal-partita baqa’ l-istess fit-tielet sessjoni. Luxol dehru aktar determinati u bdew b’run ta’ 15-0 fosthom trippla ta’ Grima flimkien mal-punti ta’ Curmi, Pace u Cristina Sollami. Athleta finalment waqqfuhom bil-punti ta’ Duncan u Simmons però Luxol għalqu t-taqsima bi break ieħor ta’ 8-2 biex kellhom vantaġġ komdu ta’ 25 punt 56-31. Fl-aħħar sessjoni Athleta naqqsu xi ftit l-iżvantaġġ li kellhom hekk kif Schembri għamlet żewġ three pointers flimkien ma’ punti ta’ Simmons. Luxol irrispondew permezz ta’ Brown u Grima biex żammew kontroll tal-partita u ħadur-rebħa fuq skor ta’ 72-53.

Gżira Athleta: N. Borg, B. Zammit 2, N. Hili, S. Pisani, L. Duncan 17, A. Simmons 24, D. Said Hollier, A. Borg, J. Schembri 10, S. Vella, E. Pace, C. Mifsud.

 

Caffè Moak Luxol: S. Pace 12, M. Caruana, N. Vella, N. Vella 2, C. Grima 21, K. Portelli, L. Caruana Montaldo, M. Brown 20, C. Solllami 8, C. Curmi 9.

Referees: Nicky Azzopardi, Ivica Simic.

Starlites GIG 43

Hibernians 46

(8-12)(9-11)(14-15)(12-8)

Hibs ikkontrollaw it-tentattiv tar-rimonta minn naħa ta’ Starlites GIG biex ħadu r-rebħa 46-43 u żammew l-ewwel post tal-klassifika. Starlites ħadu daqqa ta’ ħarta fit-tamiet tagħhom wara li l-bord tal-protesti tal-MBA aċċetta l-protest ta’ Luxol u Patricia Arguello ma tistax tkun utiliżżata bħala local foreigner biex hi u l-Ispanjola l-oħra, Iranzu Drake Luiz Villar ma jistgħux jilgħabu flimkien. Starlites fetħu l-partita bi trippla ta’ Kristy Galea li għamlet il-punti tagħhom kollha f’din is-sessjoni. Hibs wieġbu bil-punti ta’ Rachel Kehoe u Silvia Gambino biex temmew il-perjodu fuq quddiem 12-8. Fit-tieni sessjoni Starlites reġgħu ħadu l-vantaġġ wara baskets minn Stephanie Davies, Michela Zammit Cordina u Luiz Villar. Hibs wieġbu bi trippla ta’ Gambino flimkien ma’ Maria Said u Sophie Abela biex daħlu jistrieħu 23-17 minn fuq.

It-tielet taqsima fetħet bi trippla minn Arguello u l-punti ta’ Hayley Acreman u Galea biex Starlites reġgħu waslu viċin 23-25. Hawn Hibs kellhom mument tajjeb bi break ta’ 9-0 b’Abela tispikka u reġgħu ħadu vantaġġ ta’ 11 –il punt però Arguello għamlet żewġ three pointers oħra biex id-distakk niżel għal seba’ punti 31-38. Fl-aħħar taqsima, Starlites għamlu sforz ieħor u ikkanċellaw l-iżvantaġġ wara seba’ punti minn Arguello u Davies. Għal darb’oħra kienet Abela li kisbet sitt punti konsekuttivi qabel ma Arguello għamlet trippla oħra però ma kienx għad fadal ħin u Hibs għalqu l-partita bil-punti ta’ Gambino u ħarġu rebbieħa 46-43.

Starlites GIG: M. Zammit Cordina 5, K. Galea 10, J. Doughty, S. Farrugia, H. Acreman 3, I. Ruiz Villar 2, M. Riolo, P. Arguello 17, M. Cutajar, S. Davies 4, A. Lupo 2.

 

Hibs: E. Micallef, E. Cassar, S. Gambino, I. Agius 3, J. Abela, S. Abela 16, K. Caruana, N. Farrugia, R. Kehoe 12, M. Said 2, J. Scerri 2.

Referees: Nicky Azzopardi, Ivica Simic, Igor Marjanovic.

Caffè Moak Luxol 46

 

Depiro 44

(14-8)(6-7)(15-17)(11-12)

Ic-champions Caffè Moak Luxol kisbu rebħa minima

Ritratt: Wally Galea

ta’ basket fuq Depiro 46-44 però kienet biżżejjed biex jaċċertaw ruħhom minn post mal-aħħar erbgħa u jeleminaw lill-istess Depiro. Il-partita rat lil Luxol jibdew tajjeb bl-ewwel seba’ punti tal-partita b’żewġ baskets ta’ Christina Curmi u trippla ta’ Sarah Pace. Depiro finalment irrispondew permezz ta’ Alexis Lloyd, Claire Ciantar u Maria Bonett però Pace għamlet trippla oħra għal skor ta’ 14-8. Fit-tieni perjodu l-punti naqsu ferm fuq iż-żewġ naħat tant li Depiro rebħuh bi skor ta’ 7-6 u fl-intervall Luxol kienu 5 minn fuq 20-15.

Fit-tielet sessjoni l-affarijiet tjiebu u ż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin b’mod aktar frekwenti. Luxol kellhom run ta’ 10-2 bil-puni ta’ Christina Grima u Maria Brown biex marru 11 minn fuq 32-21. Depiro ma ċedewx u kellhom risposta minn Lloyd flimkien ma’ Ciantar u  Bonett għal skor ta’ 35-32. Fl-aħħar sessjoni kienu Grima u Brown li reġgħu fetħu tajjeb għac-champions biex ħadu vantaġġ ta’ seba’ punti 43-36. Depiro dehru se jsalvaw il-partita meta kellhom break ta’ 8-2 minn Lloyd u Ciantar però spiċċalhom il-ħin u l-aħħar tentattiv ta’ Lloyd ma daħalx biex Luxol ħarġu rebbieħa 46-44. Dawn iż-żewġ timijiet issa jergħu jiltaqgħu s-Sibt li ġej fil-finali tas-St. James Hospital Knock-out.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 6, N. Vella, N. Vella, C. Grima 19, K. Portelli 2, L. Caruana Montaldo, M. Brown 13, C. Solllami, M. Darmanin, C. Curmi 6.

 

Depiro: M. Scicluna, T. Mifsud, M. Bonnett 10, S. De Martino 2, N. Agius 2, N. Agius, A. Lloyd 21, C. Ciantar 9.

Referees: Bernard Vassallo, Tuomas Mantere, Vladimir Nikolic

Hibernians 51

Gżira Athleta 38

(13-5)(5-8)(21-12)(12-13)

Hibernians saħħew il-post tagħhom f’ras il-klassifika meta mill-ġdid għelbu lil Gżira Athleta 51-38. Il-partita kellha bidu kwiet ferm għalkemm tjiebet xi ftit wara l-intervall però fil-fażi finali ż-żewġ timijiet iridu juru logħob aħjar biex jisfidaw għall-unur ewlieni. Hibs fetħu bi three pointers minn Silvia Gambino u Iono Agius  bl-Athleta jirrispondu bil-punti ta’ Amelia Simmons u Sharon Vella għal skor ta’ 13-5. Fit-tieni sessjoni l-punti komplew jonqsu hekk kif l-attakk kien fjakk fuq iż-żewġ naħat. Athleta ħadu l-vantaġġ wara punti minn Simmons u Julia Schembri bil-Hibs iwieġbu b’sitt punti mingħajr risposta għal skor ta’ 18-13 fil-halftime.

Fit-tielet taqsima, Hibs fetħu bil-punti ta’ Julia Scerri. Simmons kompliet tagħmel il-punti tal-Athleta però Hibs dejjem baqħu minn fuq hekk kif wieġbu permezz ta’ Rachel Kehoe, Sophie Abela u Gambino. Hibs kellhom l-aħjar tmiem għat-taqsima meta għamlu run ta’ 10-2 bi three pointer ta’ Gambino u tnejn wara xulxin minn Ema Micallef biex ħadu vantaġġ ta’ 14 –il punt 39-25. Fl-aħħar taqsima, Athleta bdew aħjar u kienu huma li għamlu run qasira ta’ 8-2 minn Leanne Duncan u Simmons biex naqqsu d-distakk għal 8 punti 35-43. Hibs irkupraw u għal darb’oħra kellhom 8 punti mingħajr risposta minn Kehoe, Scerri u Maria Said bl-Athleta jagħlqu l-partita bi trippla ta’ Antoinette Borg biex Hibs ħadu r-rebħa fuq skor ta’ 51-38.

Hibs: E. Micallef 11, E. Cassar 2, S. Gambino 7, I. Agius 3, J. Abela, S. Abela 4, K. Caruana, N. Farrugia, R. Kehoe 15, M. Said 4, J. Scerri 5.

Gżira Athleta: N. Borg, B. Zammit, L. Duncan 6, A. Simmons 21, D. Said Hollier 2, A. Borg 3, J. Schembri 2, S. Vella 4, E. Pace, C. Mifsud.

Referees: Emanuel Mangani, Ivica Simic, Miklos Rajzki 

Klassifika Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Hibs

11

8

3

19

616

547

Caffe Moak Luxol

12

6

6

18

642

617

Gżira Athleta

11

5

6

16

618

637

Starlites

11

5

6

16

544

599

Depiro

11

4

7

15

608

628

*Luxol ħadu rebħa ta’ 20-0 wara rebħ ta’ protest kontra Starlites GIG

 





Leave a comment