Rolex Middle Sea Race … Alleanza Ta’ Eċċellenza

Wednesday, November 1, 2017, 9:51

minn Wilfred Sultana

Wieħed jistaqsi x’għandhom komuni n-New York Yacht Club, il-Yacht Club ta’ Monaco, ir-Royal Ocean Racing Club,  ta’ Londra, il-Cruising Yacht Club ta’ Sydney l-Awstralja, il-Yacht Club Costa Smeralda, ta’ Porto Cervo, ir-Royal Yacht Squadron, ta’ Cowes, is-St.  Francis Yacht Club, ta’ San Francisco, is-Société Nautique de Saint-Tropez, ir-Royal Hong Kong Yacht Club, u l-Royal Malta Yacht Club ?

Għaliex il-klabbs kollha imsemmijin għandhom rabta reċiproka qawwija – kollha jippromwovu u jorganizzaw avvenimenti ta’ l-ibburdjar famużi li huma assoċjati ma’ l-istess sponsor esklussiv – Rolex.

Illum Rolex huma wara madwar 150 avveniment sportiv u kulturali maġġuri madwar id-dinja fejn l-istil ta’ preparazzjoni u komunikazzjoni tagħhom mal-organizzaturi rispettivi għandhom karatteristika tant raffinata li Rolex fuq kollox mhux biss huwa rrispettati bħala sponsor iżda barra minn hekk huma miżmuma bħala Msieħba.

Ir-Royal Malta Yacht Club ilu parti minn din l-alleanza internazzjonali prestiġġjuża mill-2002 u din is-sena l-Klabb ospita t-38 edizzjoni tal-Rolex Middle Sea Race, fejn flotta multinazzjonali ta’ 102 jott, b’ekwipaġġ ta’ madwar 1,000 baħri, ikkontestaw dik li ġiet aċċettata ripetutament fiċ-ċirki tal-ibburdjar bħala “l-iktar korsa sabiħ tal-ibburdjar fid-dinja” – oriġinarjament hekk definita mill-famuż yachtsman Amerikan Ted Turner li ħa sehem fl-avveniment fl-1973.

Il-Rolex Middle Sea Race ma tippreżentax biss il-kors tat-tiġrija l-aktar sabiħ iżda tippreżenta xi ħaġa minn kollox: irjieħ ħfief u ta’ brim għal irjieħ atroċi ta’ forza 40-45 u mewġ qawwi sa erba’ metri għoli. Il-yachtsman Franċiż Dominique Tian, tal-jott Tonnerre de Glen, iddeskriva l-korsa bħala “ta’ sbuħija u brutali“.

Imma x’jagħmel il-Rolex Middle Sea Race (RMSR) hekk affaxxinanti “it-tigrija tibda mill-Port il-Kbir sabiħ tagħna, b’xi mumenti turbulenti fil Kanal bejn Malta u Sqallija, ngħaddu bliet sbieħ taħt vulkan muntanjuż ġigantesk, ngħaddu mill-kanal dejjaq ta’ Messina mimli laneċ u iffullat b’bastimenti merkantili oħra, induru ma’ gżejjer volkaniċi suwed li ħafna drabi jisbroffaw bil-lejl, ngħaddu irdumijiet kbar u l-kastelli antiki fuq għoljiet, xeni spettakolari u l-gżejjer mhux abitati…..ftit huma dawk it-tlielaq li joffru xeni u esperjenzi bħal dawn.” Hekk iddeskrivi Christian Ripard li għandu 28 telieqa għal kreditu tiegħu, l-ewwel waħda li għamel fl-età ta’ 17-il sena, lima total jagħmluh l-yachtsman bit-tieni l-ogħla numru ta’ parteċipazzjoni fil-RMSR.

Id-detentur tar-rekord fir-rigward tan-numru ta’ preżenzi huwa l-mibki Arthur Podesta li kien dejjem preżenti fl-ewwel 35 tiġrija li jibdew mill-introduzzjoni ta’ din it-tigrija klassika lura fl-1968 sa l-2014.

F’wieħed mill-ħafna inkontri ġurnaliżtici tagħna niftakar meta Arthur qalli li “Aħna nikkunsidraw il-Rolex Middle Sea Race bħala ‘l-Muntanja Everest ta’ l-ibburdjar’ tagħna u kreditu dovut għandu imur għal dawk il-ftit Maltin li rebħuha”

U tabilħaqq ftit Maltin rebħu ‘l-Muntanja Everest ta’ l-ibburdjar’ fejn Christian Ripard huwa fuq quddiem b’4 rebbħiet – fl-1996 fuq Bigfoot, fl-2001 fuq Strait Dealer, u fl-2011 u l-2014, iż-żewġ edizzjonijiet fuq Artie (ma’ Lee Satariano). L-erba’ rebħiet ta’ Christian jagħmluh ukoll ir-rebbieħ ewlieni globali ta’ dan it-Trofew prestiġjuż.

Il-yachtsman ferm rispettat Malti u l-President attwali tar-Royal Malta Yacht Club, John Ripard Sr., għandu żewġ rebħiet għall-kreditu tiegħu – l-ewwel edizzjoni tat-Tigrija fl-1968 fuq Josian u fl-1970 fuq Tikka.

Kif imsemmi hawn fuq, Lee Satariano fuq il-jott tiegħu Artie jidher fuq il-lista tar-Rebbieħa b’żewġ rebħiet fl-2011 u l-2014 bir-raba’ u l-ħames ismijiet Maltin akkreditati fil-Lista tal-Rebbieħa li huma John Ripard Jr u Andrew Calascione li rebaħ it-Trophy fl-2002 fuq Market Wizard.

Nello Mazzaferro (Italja) bi tliet rebħiet konsekuttivi għall-kreditu tiegħu fl-1978, 1979 u 1980 fuq il-jott tiegħu Nita IV jagħmluh il-barrani bl-iktar numru ta’ rebħiet.

Rikonoxximent prinċipali marbut ma’ din il-Klassika Mediterranja ta’ 600 mil nawtiku huwa it-Trofew għall-Aħjar Ħin ippreżentat lill-jott li jirreġistra l-aħjar ħin. Minn 1968 meta kien stabbilit ħin rekord ta’ 146 siegħa, 9 minuti u 45 sekondi minn Stormvogel (Olanda)  taħt il-kaptan Cornelious Bruynzeel,  il-ħin kien imtejjeb ħames darbiet,  l-aħħar darba fl-2007 meta l-jott Rambler (USA)  taħt il-kaptan George David waqqaf il-ħin ta’ 47 siegħa,  55 minuti u 3 sekondi.

Din is-sena, għat-tielet sena konsekuttiva, is-Sur David rebaħ mill-ġdid  it-Trofew għall-Aħjar Ħin bil-Maxi American tiegħu Rambler 88 f’ħin ta’ jumejn, 9 sigħat 48 minuta 9 sekondi. Dan is-suċċess irnexxielu jlaħħaq tliet rebħiet ta’ it-Trofew għall-Aħjar Ħin simili għal dawk  miksuba min Benbow (Italja – 1975-1977) u min Esimit Europa 2 (Slovenja – 2010-2012). Il-ħin rekord ta’ Rambler ta’ l-2007 għadu mhux miksur. L-2007 kienet ferm sena ta’ suċċess għal George David għax irnexxielu jirbaħ wkoll l-unur prinċipali it-Trofew RMSR.

Ir-rebħa din is-sena tat-Trofew RMSR minn Igor Rytov, abbord Bogatyr, hija kisba notevoli għax hija l-ewwel rebħa tal-Avveniment għal dgħajsa Russa. L-interess tal-jottijiet Russi fir-Rolex Middlee Sea Race ilu jiżdied u din is-sena rat 14 il-jott Russu fil-flotta tat-tiġrija.

Rappreżentazzjoni  ta’ livell għoli minn 30 pajjiż turi interess wiesa’ u kbir fl-Avveniment ta’ Malta li jvvjaġġa sewwa u iva verament l-importanza li jkun hemm sponsor tal-kalibru ta’ Rolex tinqata’ fl-istrateġiji ta’ promozzjoni u kummerċjalizzazzjoni tagħhom flimkien ma’ l-organizzazzjoni entużjasta u professjonali tar-Royal Malta Yacht Club.

It-39 edizzjoni tas-sena d-dieħla tal-Rolex Middle Sea Race għandha sinifikat storiku għax se tkun 50 sena wara li l-ewwel  Middle Sea Race, bi tmien parteċipanti, saret f’Diċembru 1968.... ħlief għal waqfa bejn l-1984 u l-1995 l-avveniment ġie organizzat kull sena. 39 – Tabilħaqq Edizzjoni li nħarsu ‘l quddiem għaliha!

 

Ritratt:

“…….induru ma’ gżejjer volkaniċi suwed li ħafna drabi jisbroffaw bil-lejl, ngħaddu irdumijiet kbar u l-kastelli antiki fuq għoljiet…..ftit huma dawk it-tlielaq li joffru xeni u esperjenzi bħal dawn.” (Ritratt: Rolex/Kurt Arrigo)





Leave a comment