Roland Sollars jieħu f’idejh it-tmexxija ta’ Swieqi United F.C.

Wednesday, June 29, 2011, 13:19

minn Cristian Muscat 

Ftit tal-jiem ilu l-klabb mit-tielet divżzjoni Swieqi United appuntaw lil Roland Sollars bħala l-head kowċ tagħhom. Huwa ħa post Roberto Debrincat li ngħaqad ma’ Għaxaq United. Dan se jkun it-tielet staġun għall-klabb sa mit-twaqqif tiegħu u Swieqi qegħdin jaspiraw li jtejbu fuq is-suċċessi preċedenti. Sollars beda l-karriera tal-kowċing tiegħu ma’ melita bħala assistant kowċ tal-ewwel tim u mbagħad ikkowċja lill-under 18s kif ukoll lit-tim tar-reserves tal-istesss Melita. Wara mexxa lil Sirens u fl-istaġun 2003/04 kien l-assistant kowċ tal-klabb mill-kampjonat BOV Premier Marsaxlokk. Wara dawn l-esperjenzi tal-kowċing huwa kkowċja lit-tim tan-nisa ta’ Hibernians kif ukoll liż-żewġ klabbs mill-kampjonat BOV it-Tielet Divizjoni, Pembroke Athleta u Sirens.

Intant dejjem mill-kamp ta’ Swieqi United, wara s-suċċess li kisbu fl-aħħar staġun Swieqi qegħdin jirċievu applikkazzjonijiet għall-plejers li jixtiequ jiehdu sehem fit-trials annwali. Kull plejer li jixtieq jingħaqad ma’ Swieqi għandu jibgħat email fuq swieqitrials@gmail.com bid-dettalji tiegħu. Iktar informazzjoni tingħata lill-plejer hekk kif l-email tasal għand il-klabb.





Leave a comment