Rodney Gatt – il-Gerrej tax-Xahar ta’ Gunju

Saturday, July 20, 2013, 12:38

Illejla waqt it-32 laqgha ta’ l-istagun, iz-zaghzugh Rodney Gatt gie ppremjat bhala l-aqwa gerrej tax-xahar ta’ Gunju.

L-unur tal-gerrej tax-xahar kien ikkrejat mill-Malta Racing Club flimkien ma l-Ghaqda li tirraprezenta lis-sidien u l-gerrejja fil-bidu tas-sena l-ohra bl-intenzjoni li jippremja lil dawk ilgerrejja li jkunu spikkaw matul kull xahar partikolari. L-ghazla tar-rebbieh issir b’votazzjoni mill-gurnalisti li jirrapurtaw regolarment it-tigrijiet taz-zwiemel flimkien mal-Kunsill tal-Malta Racing Club.

Matul ix-xahar ta’ Gunju kien bla dubju Rodney Gatt li mar l-ahjar meta beda bil-kbir u nhar it- 2 ta’ Gunju wettaq 4 rebhiet fl-istess program. Wahda mill-akbar rebhiet fil-karriera ta’ dan izzaghzugh waslet ukoll f’dak ix-xahar bir-rebha tas-Sette Giugno Cup b’Orcas Bac – ziemel li qatt ma kien saq qabel. B’kollox f’Gunju huwa rebah 7 tigrijiet u ha 8 pjazzamenti.

Rodney Gatt ilu bil-licenzja tas-sewqan ghal ftit aktar minn 7 snin u dejjem ipprometta kemmbilli dejjem iddomina l-kampjonat taz-zaghzagh kif ukoll bil-pjazzament ma l-aqwa gerrejja filklassifika generali.

L-unur ta’ dan ix-xahar kien sponsorjat minn Equine Supreme u l-prezentazzjoni saret mis-Sur Mark Vella, wiehed mid-Diretturi fi hdan il-Kunsill tal-Malta Racing Club.





Leave a comment