Roderick Briffa jintgħażel bħala l-MFA Plejer tas-Sena għall-staġun 2010/11

Monday, July 4, 2011, 13:48

Ritratt - Domenic Aquilina

minn Cristian Muscat

Il-plejer ta’ nofs il-grawnd internazzjoanli Roderick Briffa nkuruna staġun mill-aqwa kemm għalih kif ukoll għal Valletta meta rebaħ l-MFA Plejer tas-sena. Dan l-unur gie ppreżentat matul ċerimonja li saret nhar il-Ġimgha f’lukanda ewlenija f’ San Ġiljan. Briffa rebaħ dan l-unur meta għadda fil-voti lid-difensur ta’ Valletta Jonathan Caruana u l-plejer ta’ bkara ex Marsaxlokk gareth sciberras. Iż-żewġ finalisti l-oħra kienu ż-żewġ plejers ta’ Valletta – Denni Rocha dos Santos u Gilbert Agius. Roderick Briffa kien wieħed mill-plejers fundamentali ta’ Valletta li rebħu l-20 Kampjonat Premier fl-istorja tagħhom kif ukoll il-BOV Super Cup. Huwa lagħab 25 logħba fil-kampjonat u skorja 4 gowls. Briffa gie wkoll ivvuttat il-BOV plejer tal-loghba għax-xhur t’ April u Mejju 2011. Ukoll f’ dan l-istaġun il-plejer ta’ 29 sena lagħab tmien loghbiet mat-tim nazzjonali.

Briffa beda l-karriera tieghu ma’ Bkara fejn għamel id-debutt tiegħu fil-kampjonat premier fl-istagun 1998/99. Huwa kien misluf għal żmien qasir lil Lija Athletic kif ukoll lil Pieta’ Hotspurs.

Fis-sajf tal-2007, huwa ngħaqad ma’ Sliema Wanerers iżda wara biss 18 il xahar mal-Blues huwa ngħaqad ma’ Valletta. Intant matul iċ-ċerimonja, il-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo, is-Segretarju Parlamentari għaż-żgħazagħ u l-isport Clyde Puli u rappreżentanti tal-Bank of Valletta kif koll tal-maltco lotteries – Victor Denaro u Mario Cassar rispettivamnet għamlu diskors qasir tal-okkażjoni. Intant dawn huma r-rebbieħa kollha li gew ippremjati matul din is-serata:

Rebbieħa

MFA Plejer tas-sena: Roderick Briffa – Valletta

L-Aqwa Plejer Kampjonat BOV L-ewwel divizjoni: John Paul Muscat (Mqabba)

L-Aqwa Plejer Kampjonat BOV it-Tieni Divizjoni: Adam Smeir – Rabat Ajax

L-Aqwa Plejer Kampjonat BOV it-Tielet Divizjoni: Lee Baldacchino – Luqa St Andrews

L-Aqwa Plejer Zaghzugh – Zach Muscat – Pieta’ Hotspurs

L-Aqwa Plejer tal-Futsal – Florin Anton – ZC Excess Futsal

L-Aqwa Plejer tan-Nisa’ – Rachael Cuschieri – Birkirkara

L-Aqwa Skorers

Kampjonat BOV Premier – Alfred Effiong – Marsaxlokk 17 il gowl

Kampjonat BOV l-ewwel diizjoni – Simon Shead – Mosta – 16 il gowl

Kampjonat BOV it-Tieni Diviżjoni – Timothy Thomas – Zebbug – 22 gowl

Kampjonat BOV it-Tielet Diviżjoni – Jason Camilleri – Sigiewi – 24 gowl

Kampjonat l-Ewwel Divijzoni Nisa’ – Ylenia Carabott – Hibernoans – 19 –il gowl

Kampjonat it-Tieni Divizjoni Nisa’ – Amber Grech – Pembroke – 37 gowl

Kampjonat Futsal l-Ewwel Divizjoni – Jovica Milijic – Paola Downtown – 42 gowl

Kampjonat Futsal it-Tieni Divizjoni – Hashem Rababah – Capital Boys – 36 gowl

Kampjoant Futsal it-Tielet Divizjoni – Stephen Zammit – City Boys – 29gowl

Kampjonat Futsal ir-Raba’ Divizjoni – Wayne Hamer – Charline Stars – 25 gowl

Unuri Fair Play

Kampjonat BOV Premier – Tarxien Rainbows

Kampjonat BOV l-Ewwel Diviżjoni – Mqabba

Kampjonat BOV it-Tieni Diviżjoni – Rabat Ajax

Kampjoant BOV it-Tielet Diviżjoni – Marsaskala

Kampjonat tal-Youths – Hibernians

Kampjonat tan-Nisa’ – Pembroke Athleta

Rebbieħ Overall- Rabat Ajax

Intant, kemm ir-rebbieħa kif ukoll il-finalisti tal-UBET FA Trophy, Floriana u Valletta, ir-rebbieħa u l-finalisti tal-Maltco lotteries Knock Out tal-Ewwel Diviżjoni Dingli Swallows u Balzan Youths kif ukoll ir-rebbieħa u l-fianlisti tal-quick keno knock out tat-tienu u t-Tielet Divizjoni Żejtun Corinthians u Rabat Ajax ġew ilkoll ippreżentati b’ somma ta’ flus mill-Maltco.





Leave a comment