Robert Micallef jingħata vot ta’ sfiduċja

Saturday, October 8, 2011, 14:42

minn Cristian Muscat

Illum 8 t’Ottubru 2011, il-kumitat ta’ Marsaxlokk FC waqt laqgħa li ħejja, ressaq mozzjoni ta’ sfiduċja kontra l-President tal-klabb is-Sur Robert Micallef.

Il-maġġoranza assoluta tal-mrmbri tal-kumitat ivvutaw favur il-mozzjoni u taw vot ta’ sfiduċja lil Robert Micallef. Għalhekk mil-lum is-Sur Robert Micallef m’għadux President tal-klabb Xlukkajrli.

Robert Micallef wera d-dispjaċir tiegħu għall-fatt li mhux se jkompli jokkupa din il-kariga li dejjem ħass li għamel fl-interess tal-klabb waqt li rringrazzja lil kulħadd u awgura li l-klabb jibqa’ jissaħħaħ.





2 Comments

  1. phantom says:

    President bla success…

    [Reply]

  2. Ray says:

    Ejja issieheb fil-club glorjuz taghna sur Micallef,FLORIANA FC

    YOU ARE MORE THAN WELCOME !

    [Reply]

Leave a comment