Robert Kelly kowċ ta’ St.George’s

Tuesday, June 21, 2011, 14:23

Wara r-riżenja ta’ Joey Falzon li kien ilu mal-klabb ta’ Bormla bħala kowċ għal dawn l-aħħar tlett staġuni, il-Kumitat mill-Cottonera ħabbar li Robert Kelly ġie maħtur bħala l-kowċ il-ġdid ta’ St. George’s Football Club għall- istaġun 2011/2012.

Kelly għandu esperjenza vasta wara li kkowċja lil diversi timijiet kemm fuq livell ta’ Youths kif ukoll klabbs tal-Premier Division. Din se tkun it-tieni esperjenza għal Kelly ma’ St. George’s wara fl-istaġun 1994/1995 kien mexxa lit-team ta’Bormla fil-kampjonat Premier.





Leave a comment