Robert Cutajar jiltaqa’ mall-membri tal-Għaqda Ġurnalisti Sports

Sunday, June 23, 2013, 8:41
Il-bieraħ Robert Cutajar, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-żgħażagħ u l-isport kellu laqgħa mal-membri tal-Għaqda Ġurnalisti Sports (GħĠS). Din kienet it-tieni laqgħa  minn sensiela ta’ laqgħat li se jagħmel il-PN ma’ numru ta’ għaqdiet sportivi.
F’Mejju l-istess Cutajar flimkien mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista ltaqgħu mal-membri l-ġodda tal-Kumitat Olimpiku Malti.
Fil-laqgħa mal-President tal-GGS, Charles Camenzuli, is-Segretarju Sandro Micallef u membri oħrajn, Cutajar żvela li fil-jiem li ġejjin il-Partit Nazzjonalista se jħabbar proġett tal-isports.
L-istess Cuatajar qal b’sodisfazzjon li fix-xhur li ġejjin, il-kunċett tal-isports se jiġi trattat f’waħda mid-diskussjonijiet tal-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet Soċjali.
Dan għaliex il-PN dejjem poġġa lill-isport bħala prijorità, għax minbarra li l-isports jibni l-karattru ta’ persuna jħalli impatt pożittiv fuq l-aspett fiżiku. Sfortunatament f’Malta hawn rata ferm għolja ta’ obeżità u l-Oppożizzjoni se tagħmel minn kollox biex it-tfal jikbru f’kultura tal-isports. Fi tmiem id-diskors tiegħu Cutajar talab lill-midja biex tkun viċin tal-atleti Maltin u fl-istess ħin biex tibqa’ lil hinn mill-politika biex tindirizza l-aspetti pożittivi tal-isport. 




Leave a comment