RMGC jospita turnament internazzjonali tal-golf

Friday, June 28, 2013, 10:09

Bl-appoġġ tal-HSBC, ir-Royal Malta Golf Club (RMGC) attira 170 plejer tal-golf minn iktar minn 20 pajjjiż minn madwar id-dinja, fosthom New Zealand, l-Awstralja, l-Afrika t’Isfel u lIndja.

L-unur prestiġġjuż tal-HSBC 125th Anniversary Cup intrebaħ mir-Royal Wellington Golf Club. It-tieni post, mhux tant ‘il bogħod, intrebaħ mill-RMGC stess, li kien rappreżentat minn David Debono, Felicity Dix, JJ Micallef u Laine Tutane.

“Din il-kompetizzjoni kienet ta’ suċċess kbir kemm fil-kwalita’ tal-golf li ntlagħab kif ukoll minħabba l-parteċipazzjoni ta’ numru tassew kbir ta’ plejers internazzjonali tal-golf middinja kollha. Dan kien mod xieraq biex ikun iċċelebrat il-125 anniversarju tal-RMGC, u flistess ħin jirrifletti l-prestiġju internazzjonali li ġġib miegħu l-HSBC,” qal il-Kap Eżekuttiv tal-HSBC Malta Mark Watkinson, waqt iċ-ċeremonja tal-għoti tal-premijiet li saret fir-Royal Malta Golf Club.

Il-kaptan tal-klabb David Debono rringrazzja lill-HSBC għall-appoġġ imprezzabbli li wassal biex jagħmel dan it-turnament is-suċċess kbir li kien. Waqt li kien qed jikkumenta dwar l-involviment tal-HSBC fil-golf lokali, il-Kap tal-HSBC Malta Global Banking & Markets Chris Bond qal: “L-HSBC hu involut b’mod attiv fil-golf fuq kull livell madwar id-dinja kollha. Għaldaqstant ninsabu kuntenti li qed noffru l-appoġġ tagħna lir-Royal Malta Golf Club. Aħna partikolarment kburin li qed nappoġġjaw lil HSBC Academy li tintroduċi l-benefiċċji li din il-logħba grandjuża toffri liż-żgħażagħ tagħna”.





Leave a comment