Riżultati tal-MHA Cup (29.10.2016)

Tuesday, November 15, 2016, 20:21

Gavin Muscat

Mill-kompetizzjoni MHA Cup kellna erba’ logħbiet tlieta ta’ l-irġiel u waħda tan-nisa.

Fl-Ewwel partita ta’ l-irġiel rajna lit-tim ta’ Aloysians jegħleb lil dak ta’ La Salle bl-iskor  32-27

L-ewwel taqsima spiċċat 14-11 favur La Salle .

Il-player tal-Aloysians Peter Naudi ġie vvutat bħala l-aħjar player tal-logħba.

Għal Aloysians dan kien it-tielet trofew infila’ li rebħu dan lis-staġun.

L-uffiċjal tal-logħba kien Brian Agius.

————————————————————————————————————————————————————-

It-tieni logħba bejn Swieqi Phoenix u l-Luxol, it-tim ta’ Swieqi Phoenix għeleb lil dak ta’ Luxol bl-iskor ta’ 34-16

L-ewwel taqsima spiċċat 13-11 favur Swieqi Phoenix .

Il-Player ta’ Swieqi Phoenix Jeremy Fenech ġie ivvutat l-aħjar player tal-logħba.

Iż-żewg uffiċjali tal-logħba kienu Marylyn Agius u Noel F sadni.

————————————————————————————————————————————————————-

L-aħħar logħba tal-ġurnata, it-tim ta’ Kavallieri għeleb lil dak HMS bl-iskor ta’ 30-24

L-ewwel taqsima spiċċat 16-3 favur il-Kavallieri

Il-Player tal-logħba kien James Rausi filwaqt iż-żewg uffiċjali kienu Daniel Tanti u Marylyn Agius.

————————————————————————————————————————————————————-

Mill-MHA Cup tan-Nisa it-tim ta’ La Salle  għelbu lil dawk tal-Swieqi Phoenix bl-iskor ta’ 24-10

Fl-ewwel taqsima spiccat 11-6 favur La Salle.

Il-player ta’ La Salle Jessica Agius ġiet magħżula l-aħjar player tal-logħba.

L-uffiċjal tal-logħba kien Michael Tanti.

Luxol vs Phoenix

Kavallieri vs HMS

Aloysians vs La Salle

 

 





Leave a comment