Riżultati pożittivi waqt l-iSpecial Olympics

Wednesday, September 22, 2010, 12:49

minn Catherine Micallef.

Nhar is-Sibt 18 ta’ Settembru ingħata bidu għal edizzjoni oħra tal-iSpecial Olympics, edizzjoni li bħal kull sena tattira eluf ta’ atleti. Fiċ-ċerimonja tal-ftuħ kien hemm preżenti wkoll Zinedine Zidane u David Beckham.

L-atleti Maltin ta’ Special Olympics li qed jieħdu sehem f’Warsaw, fil-Polonja fil-Kampjonati Ewropej bdew jirbħu sensiela ta’ midalji.  Fil-Bowling kien hemm suċċess għal Marika Rogers li rebħet bronż fl-individwali fid-diviżjoni tagħha, Maria Spiteri rebħet deheb u Angele Azzopardi rebħet fidda. Aktar tard għandhom jilagħbu s-s-subien b’ċans li jistgħu wkoll jirbħu xi midalja.

Fl-atletika kien hemm suċċess għal Claudio Dalli li rebaħ fidda fil-1500 metru, Ismail Falzon rebaħ bronż fil-100 metru u Michael Calleja rebaħ bronż fil-400 metru.  Aktar tard se jsiru kompetizzjonijiet oħra fejn se jieħdu sehem Joseph Tanti u Ruth Falzon.

F’din l-edizzjoni tal-Ispecial Olympics qed jieħdu sehem 56 pajjiż u aktar minn 1500 atleta li ġejjin minn pajjiżi Ewropej u mill-Asja Ċentrali.

Dawn huma r-riżultati dettaljati:

Atletika:  Ismail Falzon bronz fil-100 metru; Michael Calleja bronz fil-400 metru, Sara Caruana fidda fil-100 metru, Claudio Dalli fidda fil-1500 metru

Bowling: Individwali, fid-diviżjonijiet differenti: Angele Azzopardi u Albert Borg fidda; Marika Rogers bronż u Maria Spiteri deheb.

Il-koningent jasal lura Malta nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Settembru fuq titjira KM 309 fil-10.10 pm.





Leave a comment