Riżultati pożittivi għat-tim nazzjonali Malti tal-Futsal

Monday, October 29, 2018, 15:51

Riżultati pożittivi għat-tim nazzjonali Malti tal-Futsal f’żewġ logħbiet ta’ ħbiberija kontra l-Irlanda ta’ Fuq, il-Ġimgħa u s-Sibt li għadda fil-Padiljun tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport, f’Pembroke.

Lee Grech mit-tim tal-Università ta’ Malta li ddebutta mat-tim nazzjonali, skurja l-gowl tal-1-1 fit-telfa minima ta’ 2-1.

Fit-tieni l-logħba l-Maltin rebħu t-tieni logħba bl-iskor ta’ 4-1. Għal Malta skurja darbtejn Andy Mangion ta’ Luxol u gowl kull wieħed għal Rennie Tanti ta’ Birkirkara u Matthew Attard ta’ Luxol.





Leave a comment