Rizultati Pozittivi ghal Kumitat OIimpiku Malti f’Londra 2012

Friday, August 24, 2012, 8:00

Biċ-ċerimonja ta’ l-għeluq tal-Ħadd filgħaxija u bl-aħħar kompetizzjonijiet,ġiet fi tmiem it-tletin edizzjoni ta’ Logħob Olimpiku f’Londra.  Il-parteċipazzjoni Maltija li kienet ristretta biss għal hames atleti, kienet waħda tajba u ir-rizultati miskuba jagħtu konferma li x-xogħol li qed jagħmlu atleti, kowċis u l-għazliet li qed jagħmel il-Kumitat Olimpiku Malti qed iħalli l-frott.

Bla dubju ta’ xejn wieħed irrid jagħmel iktar analiżi fid-dettall dwar kif ir-riżultati jistgħu  jitjiebu fix-xhur li ġejjien sabiex l-atleti jilħqu objettivi iktar importanti.

Il-Kumitat Olimpiku Malti jifhem li kien hemm stennija kbira għat-tiratur William Chetcuti li f’dawn l-aħħar snin kiseb riżultati importanti f’kompetizzjonijiet internazzjonali.  Chetcuti ma rnexxielux jidħol fil-finali u dan bla dubju kien ta’ diżappunt.  Il-KOM kien ta’ servizz kontinwu għal Chetcuti u f’perjodu ta’ tlett snien offra għajnuna finanzjarja qawwija sabiex dan it-tragward jintlaħaq. William Chetcuti fil-fatt ilu ghal dawn l-aħħar għaxar snin igawdi ghajnuna tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali. Għalkemm Chetcuti wera li huwa ta’ livell għoli hafna, jidher li fil-gurnata ta’ 2 ta’ Awwissu sofra l-pressjoni tal-kompetizzjoni.  Wieħed ma jridx pero ma jilqax b’sodisfazzjon id-disa’ post miksub li għal darba oħra tpoġġi lil William  Chetcuti fost l-eċċelenza ta’ l-isport ta’ Double Trap mondjali.

Fl-għawm Andrew Chetcuti kiseb rekord nazzjonali filwaqt li Nikki Muscat kisbet rekord staġonali.  Kemm Chetcuti kif ukoll Muscat urew impenn eċċelenti u ir-rizultati tagħhom jixdhu dan.  Chetcuti kompla itejjeb fuq dak li għamel is-sena li għaddiet f’Liechtestein filwaqt li kienet ħasra għal Muscat li kellha id-deni jiem qabel il-kompetizzjoni għax ir-riżultat li gia huwa tajjeb setgħa kien ahjar.

Anke fl-atletika il-KOM jilqa b’sodisfazzjon ir-riżultati miskuba.  Kemm Diane Borg kif ukoll Rachid Chouhal għamlu l-aħjar ħin staġonali għal Malta.  Borg saħansitra irnexxiela tikkwalifika rawnd fil-kompetizzjoni u anke fit-tieni 100m li ħadet sehem fiha rnexxielha ukoll tagħmel it-tieni l-aħjar hin li qatt ingera minn atleta Maltija 0.03 sekodni biss mir-rekord nazzjonali.

IL-KOM qal ukoll li l-esperjenza Olimpika serviet ukoll sabiex l-istaff mediku u coaches jattendu seminars u jaghmlu kuntatti important li bla dubju ta’ xejn isservu mhux ftit ghal gid ta’ l-isport Malti.

Id-direttur ta’ l-Isport Mark Cutajar qal li l-esperjenza Olimpika kienet waħda posittiva għalkemm wieħed ma jridx jinsa it-toma morra ta’ l-isparar fejn kien qed jistenna xi ħaġa aħjar.  Id-disgħa post huwa tajjeb, qal Cutajar pero William Chetcuti  għandu talent li jikseb hafna aħjar.  Cutajar qal li hemm bzonn xi korrezzjonijiet żgħar li anke jridu aċċettati mill-atleta iniffsu biex dan jintlaħqu.  Cutajar qal li fi żmien qarib il-Kummissjoni Teknika tagħmel analiżi aħjar ta’ riżultati miksuba.  Jemmen li l-eta’ żgħira ta’ l-erbgħa mill-ħames atleti hija ta’ ġaranzija għal futur.  Cutajar qal li meta tħares lura lejn il-kompetizzjonijiet li ħadu sehem fihom il-Maltin ma’ hemm l-ebda atleta minn dawk hekk imsejjħa zgħar qabilhom fil-klassifika.  Wiehed ma jridx jinsa pero’ ir-rizultat miksub minn Cipru fl-Ibburdjar u mill-Montenegro fil-waterpolo u handball u minn San Marino fl-isparar  li bla dubju jistgħu jservu ta’ stimolu għal futur.  Finalment huwa kellu kliem ta’ tifhir għal kowċis li dejjem sabhom ta’ għajnuna matul l-aħħar snin.

Ic-Chef De Mission Julian Pace Bonello qal li l-Olimpjadi ta’ Londra jagħlqu kapitlu ieħor għal Kumitat Olimpiku Malti.  Huwa irringrazzja lil dawn kollha li  taw sehem matul l-ahhar xhur sabiex din l-esperjenza tkun waħda pozittiva.  Pace Bonello irringrazzja lill-atleti, kowċis u l-assoċjazzjonijiet rispettivi tagħhom.  Ringrazzjament immur ukoll għal L-istaff Mediku kif ukoll għal ħaddiema tal-Kumitat Olimpiku Malti li ħadmu minn wara l-kwinti għas-servizz ta’ l-atleti.

Finalment l-Imħallef Lino Farrugia Sacco, President tal-KOM irringrazzja lil atleti, kowċis u ufficjali għax bil-ħila u dedikazzjoni tagħhom Malta otteniet riżultat ieħor prestiġjuż.





2 Comments

  1. KBorg says:

    KOM- min hallas ghal hotel ta william chetcuti meta l-atleti kollha baqaw fil-villag Olimpiku? U l-gharusa tieghu hallset min buta? Kemm kien hemm atleti li waqt il kompetizzjoni taghhom il hin kollu fuq il mobile u ipejjpu???? zgur konna nirbhu xi medalja kieku dawn kienu parti mil-loghob olimpiku??? bah

    [Reply]

  2. KBorg says:

    mistoqsija wahda please- kemm trid zmien sur Cutajar biex tanalizza aktar fid-dettal ir risultat ta HAtMES atleti- aktar u aktar li ilhom li spiccaw il partecipazzjoni taghhom aktar min gimghatejn ilu? Izda la ghandek bzonn aktar zmien huwa vitali li fost l-alanizi ittina raport fuq l-impatt negattiv li seta kelli fuq il-prestazzjinijiet il- video tal-allegat korruzzjoni tal-board tal KOM rigward il bejgh tal-biljetti Olimpici.

    [Reply]

Leave a comment