Riżultati mill-aqwa għal Tenishia Thornton u Anton Micallef

Sunday, August 18, 2019, 16:59

Fi tmiem din il-ġimgħa l-Għaqda Maltija tal-Weightlifting organizzat kompetizzjoni  f’nofs is-sajf għall-atleti li kienu qed jagħmlu taħriġ intensiv mal-kowċ rinomat Tamas Feher.

L-aħjar riżultati ġew minn Tenishia Thornton u Anton Micallef.

Tenishia Thornton ta’ 13-il sena li fil-kategorija tal- 45 kilo refgħet 53 kilo Snatch u 65 kilo Clean & Jerk għall-total ta’ 118 kilo u kisbet 198 punt sabiex waqqfet tliet rekords nazzjonali u saret l-ewwel weighlifter minn Malta billi laħqet il-livell imsejjaħ Platinuw fil-klassifika MWA.

Anton Micallef ikkompeta fil-Kategorija tal-81 kilo b’irfigħ ta’ 107, 111u 114-il kilo Snatch u 132, 137 u 141 kilo fil-Clean & Jerk, biex spiċċa b’total ta’ 255 kilo u kiseb 310 punti. Huwa jirnexxielu jistabbilixxi 7 rekords nazzjonali ġodda, billi għeleb ir-rekord preċedenti b’14 il-kilo. F’din il-kompetizzjoni huwa refa’ biżżejjed biex ikkwalifika għat-Tazza tal-Mediterran f’avveniment ta’ kwalifikazzjoni Olimpika li se jsir f’San Marino f’Ottubru li ġej.

Kien hemm bosta riżultati oħra pożittivi minn atleti differenti li rreġistraw l-aħjar personali fil-ġurnata speċjalment fil-Kadetti taħt il-kategorija ta’ 11-il sena b’ Kim Camilleri Lagana tikseb 121 punt, Aliyah Gatt 95 punt u Julia Grima b’79 punt.

Yazmin Zammit Stevens kellha taħriġ ta’ suċċess dawn l-aħħar tliet ġimgħat waqt li kienet qed tirkupra minn korriment fl-għaksa fejn hi kkompetiet fil-fażi Snatch billi refgħet 78 kilo. Sabiex ma tirriskjax hija irtirat fil-fażi tal-Clean & Jerk sabiex tevita sforzi mhux meħtieġa. Din il-ġimgħa hi se tivvjaġġa lejn ir-Rumanija għal kamp ta’ taħriġ waqt li qed tħejji għall-kampjonat Dinji.

Tim ta’ żgħażagħ kompost minn Tenishia Thornton, Shelby Mangion Vassallo, Rylee Borg u Tristan Zammit se jivvjaġġaw lejn il-Latvja għal kamp ta’ taħriġ li jkunu akkumpanjati minn żewġ kowċis Elisia Scicluna u Jesmond Caruana.





Leave a comment