Riżultati BOV Second Division

Monday, October 12, 2015, 14:51

BOV Tieni Diviżjoni

Riżultati:

Marsa 1 Birżebbuġia 0

Sirens 1 Żabbar St Patrick 1

Għargħur 1 Siġġiewi 0

Żurrieq 0 Mellieħa 0

Swieqi United 2 Mġarr United 0

Kirkop United 2 Msida St Joseph 2

Zejtun Corinthians 2 Qrendi 0

Marsa komplew bis-serje pożottiva tagħħom meta’ għelbu lill Birżebbuġia St Peters b’gowl uniku li wasal fid-90 minuta minn Ryan Mifsud. Fit-tieni partita li ntlagħbet fil-Luxol Stadium, Swieqi United għelbu lill Mġarr United bl-iskor ta’ 2-0 permezz ta’ gowls minn Matthew Asciak u Kenneth Ezekie.

Intant fis-Sirens Stadium, Għargħur għelbu lill Siġġiewi bl-iskor ta’ 1-0 b’gowl tas-soltu Muda Fagbeja. Mellieħa u Żurrieq spiċċaw fi dro ta’ mingħajr gowls filwaqt li fiċ-Charles Abela Stadium, Zejtun Corinthians għelbu lill Qrendi bl-iskor ta’ 2-0. Il-gowls waslu mingħand Margeith Scicluna u Nelson Ortiz Escobar.

Intant fil-partita li ntlagħbet fic-Centenary Stadium, Kirkop United u Msida St Joseph spiċċaw fi dro ta’ 2-2. Sirens u Żabbar St Patrick spiċċaw fi dro ta’ 1-1. Daniel Cremona tefa lill Sirens fil-vantaġġ filwaqt li Shalon Diacono ġab id-dro għal Żabbar.





Leave a comment