Riżultat storiku fil-Logħob tal-Mediterran

Thursday, June 27, 2013, 16:00

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Stefan Buontempo jifraħ lit-tiratur William Chetcuti, lill-Malta Shooting Federation u lill-Kumitat Olimpiku Malti għallparti mill-istorja tal-isport li nkitbet illum, meta Chetcuti sar l-ewwel Malti li rebaħ midalja tad-deheb fil-logħob tal-Mediterran. Dan ir-riżultat huwa kbir meta tqis li l-avversarji fil-finali kienu l-Italja fost tnax-il pajjiż ieħor.

Is-Segretarju Parlamentari Buontempo jifraħ lill-atleti Adam Vella fil-Lotta u lil David u Stefan Farrugia fil-Boċċi Internazzjonali għar-riżultati eċċellenti miksuba. Dawn ir-riżultati jagħtu aktar kuraġġ lill-Gvern biex jinvesti fil-qasam sportiv.





Leave a comment