Riżultat pożittiv għal Hibernians FC Futsal

Friday, August 30, 2013, 11:27

Minn Stephen Azzopardi

Żewġ gowls ta’ Boycho Marev jwaqqfu lil Ilves milli jieħdu l-ewwel rebħa fil-grupp tal-preliminari.   Kienu Ilves li bdew bl-offensiva u fetħu l-iskor fir-raba’ minuta permezz ta’ Stenholm.  Hibernians irrispondew għal dan il-gowl permezz ta’ Xavier Saliba u Boycho Marev li kellhom diversi okażżjonijiet perikolużi.  It-tranżizzjoni pożittiva ta’ Hibernians wasslet lil Boycho Marev biex jiskurja żewġ gowls qabel tintemm l-ewwel taqsima fis-sbatax u fl-għoxrin minuta.  Fit-tieni taqsima minkejja li Hibernians baqgħu hemm fil-partita, Ilves żiedu fl-attakki tagħhom u fis-sitta u għoxrin minuta Lahtinen għamilhom 2-2.

Ilbieraħ ukoll minn Grupp G, Hamburg Panthers għelbu lil Gentofte bl-iskor ta’ 7-2. Għalhekk il-klassifika ta’ Grupp G tħalli lil Hamburg Panthers fil-quċċata b’sitt punti, Gentofte li se jaffrontaw lil Hibernians għada wara nofsinhar jibqgħu bi tlett punti, filwaqt li Ilves u Hibernians għandhom punt kull wieħed.





Leave a comment