Riżultat inġust għal Hibernians FC Futsal

Thursday, August 29, 2013, 10:27

minn Stephen Azzopardi

Riżultat inġust għal Hibernians FC Futsal fir-rawnd preliminari taċ-Champions League.  Hibernians kienu ferm iktar perikolużi minn Hamburg Panthers matul il-partita, iżda tilfu bl-iskor ta’ 7-2.  Il-gowls ta’ Hibernians waslu minn żewġ awtogowls ta’ Meyer u Khalili.  Hamburg għamlu rebħa qawwija grazzi għal tripletta ta’ Labiadh, Meyer li patta għal iżball li għamel aktar kmieni, awtogowl ta’ Gerasimov, gowl ieħor mingħand Mahrt u De La Cuesta mit-tieni penalty spot għamilhom 7-2.

Hibernians jkomplu l-impenji tagħhom fil-Finlandja meta illejla fis-sebgħa se jilgħabu kontra t-tim Finlandiż ta’ Ilves u s-Sibt wara nofsinhar jilgħabu kontra tim Daniż ta’ Gentofte.

 

 




Leave a comment