Rizultat eccellenti ghal Gary Giordimaina fil-Fillandja‏

Monday, December 1, 2014, 22:00

Rizultat tajjeb miksub mill-lottatur zghazugh Gary Giordimaina li llum rebah il-midalja tal-fidda f’wiehed mill-akbar tournaments li jigu organizzati fl-Ewropa ezatament fil-Fillandja.

Fil-Categorija tal-Cadets tal-54kg, Giordimaina kellu bidu mill-aqwa meta gheleb lil Melvin Lingren tal-Isvezja b’superjorita.
Fit-tieni kumbattimentgheleb lill-lottaur mill-Latvja Kimi Holsa biex kiseb it-tielet rebha kontra avversarju Fillandiz. Giordimaina kompla bil-wirja pozittiva tieghu meta gheleb lill-Izraeljan German Shubaev biex b’hekk kiseb id-dritt li jikkontesta l-finali ghal midalja tad-deheb.
Fil-finali Giordimaina sabha iebsa kontra l-qawwa tal-lottatur Kevin Ewald mill-Estonia li hareg rebbieh biex b’hekk Giordimaina kiseb il-midalja tal-fidda u kompla fejn halla ftit tal-gimghat ilu meta rebah il-kampjonati tar-Renju Unit biex b’hekk sar ic-Champion tar-Renju Unit fil-categorija Juniors tal-55kg.
F’dan it-tournament ha sehem ukoll Adam Vella fil-kategorija tas-Seniors. Adam beda b’rebha kontra l-lottaur mill-Latvja. Fit-tieni kumbattiment spicca raw ta’ 1-1 kontra l-Fillandiz izda peress li l-avversarju skorja l-ahhar punt hu, r-rebha marret ghand il-Fillandiz. Kontra l-Ungeriz li spicca rebah il-midalja tal-fidda, Vella tilef b’puntegg minimu ta’ 2-1.
Iz-zewg lottaturi kienu taht il-gwida tal-kowc nazzjonali Jesmond Giordimaina.




Leave a comment