- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Riżulati pożittivi għaż-żgħażagħ Maltin b’midalji tal-fidda u bronż f’Ġibilta u San Marino rispettivament

Posted By sportinmalta1 On July 18, 2015 @ 10:54 am In Basketball,Featured | No Comments

L-ewwel żewġ timijiet nazzjonali taż-żgħażagħ fl-azzjoni dan is-Sajf kellhom riżutati inkorraġanti u pożittivi fil-Kampjonati Ewropej tal-kategorija rispettiva tagħhom f’Ġibilta’ u San Marino rispettivament.

It-tim nazzjonali femminili ta’ taħt it-tmintax il-sena kiseb il-midalja tal-fidda ġewwa Ġibilta’ wara li f’ħames ġranet ta’ kompetizzjoni, it-tfajliet Maltin kellhom biss ibaxxu rashom kontra l-qawwa tat-tim Skoċċiż li eventwalment rebħu d-deheb fil-kampjonati.

Fil-fatt, it-tim imexxi minn Sandro Farrugia u Moira Caruana, fl-ewwel ġurnata kellhom taqtiegħa sal-aħħar sekondi kontra Andorra għal rebħa ta’ 57-5 (statistika vs Andorra: http://www.fibaeurope.com/compID_Kk,,VT-KIvwYheK4PEWwu0.season_2015.roundID_11478.gameID_11480-A-2-1.html).

Wara telfa kontra l-Iskozja (statistika vs Scotland: http://www.fibaeurope.com/compID_Kk,,VT-KIvwYheK4PEWwu0.season_2015.roundID_11478.gameID_11480-A-3-2.html), it-tim Malti rreaġixxa b’rebħa komda ta’ 60-34 fuq Ġibilta’ (statistika vs Gibraltar http://www.fibaeurope.com/compID_Kk,,VT-KIvwYheK4PEWwu0.season_2015.roundID_11478.gameID_11480-A-6-3.html) u wara definittivament kisbu l-midalja tal-fidda b’rebħa ta’51-39 wara logħba missielta kontra Wales (statistika vs Wales: http://www.fibaeurope.com/compID_Kk,,VT-KIvwYheK4PEWwu0.season_2015.roundID_11478.gameID_11480-A-7-4.html).

Il-Maltija Hannah Al-Tumi ntagħżlet fost l-aqwa ħames players tal-kampjonati wara li spiċċat l-ewwel fi blocks, bi tlieta kull logħba, kif ukoll medja ta’ 9 rebounds kull logħba.

Ġewwa San Marino, it-tim nazzjonali tas-subien ta’ taħt is-sittax il-sena fetaħ l-impenji b’żewġ rebħiet inkorraġanti fuq l-Albanija 58-48 (statistika vs Albania: http://www.fibaeurope.com/compID_fP5TOnJeGO-e7AHeUSTp71.season_2015.roundID_11580.gameID_11637-A-3-2.html) u fuq Andorra wara logħba deċiża fl-ħin barrani fejn Kurt Cassar kiseb 50 punt fir-rebħa 81-74 (statistika  vs Andorra: http://www.fibaeurope.com/compID_fP5TOnJeGO-e7AHeUSTp71.season_2015.roundID_11580.gameID_11637-A-2-1.html)

It-tim Malti għalaq il-fażi tal-gruppi b’telfa ta’ 48-77 kontra San Marino, li eventwalment rebħu d-deheb, (statistika vs San Marino: http://www.fibaeurope.com/compID_fP5TOnJeGO-e7AHeUSTp71.season_2015.roundID_11580.gameID_11637-A-6-3.html) pero xorta spiċċaw fit-tieni post tal-grupp.

Fis-semifinali Malta kellha tilgħab kontra t-tim qawwi ta’ Kosovo uminkejja l-isforzi kollha Malta tilfet 45-65 (statistika vs Kosovo: http://www.fibaeurope.com/compID_fP5TOnJeGO-e7AHeUSTp71.season_2015.roundID_11580.gameID_11638-16-A-1.html).

Is-subien Maltin, imexxija minn Gabriele Alesse u Duncan Fenech, iffaċjaw lil Wales fil-logħba għal-midalja tal-bronż u wara bidu kwiet, it-tim Malti rkupra u rebaħ 55-44 (statistika vs Wales: http://www.fibaeurope.com/compID_fP5TOnJeGO-e7AHeUSTp71.season_2015.roundID_11580.gameID_11642-19-A-1.html).

 

Ta’ min isemmi l-fatt li Kurt Cassar ntgħażel fost l-aqwa ħames players tal-kampjonati wara li xeraq ix-xena għal Malta u spiċċa wkoll l-aqwa skorer u rebounder tat-tornew wara li rreġistra ħames ‘double-doubles’ konsekuttivi inkluż erba’ logħbiet fejn kiseb aktar minn 20 punt u 20 rebound kull logħba.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/rizulati-pozittivi-ghaz-zghazagh-maltin-bmidalji-tal-fidda-u-bronz-fgibilta-u-san-marino-rispettivament/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.