- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Rivoluzzjoni fil-players barranin tal-irġiel

Posted By sportinmalta1 On December 22, 2014 @ 10:51 pm In Basketball,Featured | No Comments

Colin Schembri

Jidher li s-sena l-ġdida se ġġib magħha diversi players barranin ġodda f’pajjiżna. Dan għaliex erbgħa mis-sitt timijiet tal-ewwel diviżjoni ħabbru jew qiegħdin jaħsbu biex ibiddlu l-barrani tagħhom. L-akbar sorpriża hija bla dubju l-bidla ta’ Cynergi Virtus li ħabbru li l-Amerikan Evan Bruinsma se jħalli l-club biex ikompli l-karriera tiegħu f’pajjiż ieħor Ewropew. Fil-ftit xhur li għamel f’pajjiżna Bruinsma ħalla mpatt tajjeb ferm u rebaħ ukoll l-unur tal-Enervit Player tax-xahar kif ukoll għen lil Virtus jirbħu l-ewwel unur tagħhom. Inqas sorprenenti però ma kienitx mistennija se tkun il-bidla fl-Amerikan tal-Luxol. Orlando Rutledge li kien qiegħed ikollu prestazzjonijiet imħallta wkoll mar lura lejn pajjiżu l-istess kif għamel l-Amerikan ta’ Siġġiewi Kent Tribett. Però l-bidla ta’ Siġġiewi kienet fl-arja hekk kif dan l-Amerikan qatt ma ħalla mpatt fil-logħba Maltija. Finalment il-wirja negattiva għall-aħħar tal-Olandiż Nick Oudendag fil-finali tat-tazza Louis Borg ukoll swietlu posthu hekk kif Floriana tefgħu ħarsithom mill-ġdid lejn l-Istati Uniti wara l-esperjenza ta’ Jules Montgomery aktar kmieni dan l-istaġun. Intant kemm Chad Patus ta’ Athleta kif ukoll Marco Todorovic ta’ Depiro se jkomplu f’pajjiżna.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/rivoluzzjoni-fil-players-barranin-tal-irgiel/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.