Rispons pożittiv għall-Malta Drag Racing Association

Friday, November 22, 2019, 10:42

Bejn il-Ħamis 14 u l-Ħadd 17 ta’ Novembru il-Malta Drag Racing Association organizzat l-avveniment finali tal-Kampjonat Nazzjonali Enemed Drag Racing. Kif kien mistenni dan kien l-iktar avveniment kbir tas-sena. Numru rekord ta’ 122 kompetitur, b’ uħud minnhom jikkompetu f’aktar minn klassi waħda, offrew spettaklu lill-folla ta’ dilettati Maltin u barranin li dejjem qed tikber. Il-paddock kien mimli bit-tined li offrew kenn għal-għodda speċjalizzata, lit-tekniċi kif ukoll lill-karozzi. Kemm l-avveniment kif ukoll it-trakka kisbu rispons pożittiv fuq il-midja soċjali madwar id-dinja.

Ħafna timijiet marru tajjeb hekk kif ħafna sewwieqa laħqu l-miri tagħhom u tejbu l-aħjar ħin personali tagħhom. Miguel Montebello, għal darb’oħra waqqaf rekord dinji, bid-dragster tiegħu b’magna Honda b-4 ċilindri, din id-darba għamel ħin ta’ 6.47 sekondi b’207 mil fis-siegħa. It-tim Ġermaniż Engine Ghost rebaħ il-klassi Top Alcohol b’ħin ta’ 5.61 sekondi b’241 mil fis-siegħa. Clive Cutajar kiser rekord dinji ieħor b’VW Polo 1.4 liter, meta għamel ħin ta’ 10.3 sekondi b’143 mil fis siegħa. Shawn Buttigieg fuq il-mutur Suzuki tiegħu laħaq il-215 mil fis-siegħa u għamel il-kwart ta’ mil f’6.8 sekondi fil-klassi Outlaw. Wara din il-ġirja Buttigieg sab xi diffikultajiet biex iwaqqaf il-mutur tiegħu iżda permezz tal-esperjenza u l-ħiliet tas-sewqan tiegħu waslu biex kollox spiċċa b’wiċċ il-ġid.

Mument forsi aktar pjaċevoli u ta’ sodisafzzjon kiem meta quddiem trakka mimlija spettaturi ħarġu ż-żewġ sewwieqa żgħażagħ, Luca Mangion ta’ 8 snin u Luke Xavier ta’ 7 snin li saqu il- Junior Dragsters tagħhom u laħqu veloċita ta’ 80 mil fis-siegħa.

F’dan l-avveniment kien hemm stennija li Duncan Micallef permezz tal-Casafini Top Fuel Dragster tiegħu jagħmel ġirja taħt l-4 sekondi, madankollu dan ma seħħx wara li fil-ġirja finali tiegħu, li ġiet wara ġirja ta 4.3 sekondi, kellu xi problemi tekniċi.

Din hija l-lista tar-Rebbieħa kollha fil-klassijiet rispettivi tagħhom:

Klassi D4 – Nathan Bartolo

Klassi D5 – Tyson Debono

Klassi DTA6 – Silvio Strauch

Junior Dragster Class – Luca Mangion

Klassi Miftuħa 2 – Francis Bugeja

Klassi Miftuħa 6 – Mario Borg

Klassi Miftuħa 4WD- Clinton Degiorgio

4WD Outlaw – Renald Farrugia

Klassi Extreme 2 – Clint Fenech

4 Cylinder Nitro Class – Ryan Scerri

Klassi Miftuħa għad-Diżil – Sven Piscopo

Klassi SM4 – Reuben Pirotta

Bracket 15.00 sa 15.49sec – Rodney Colombo

Bracket 14.00 sa 14.49sec – Mario Camenzuli

Bracket 12.50 sa 12.99sec – Reuben Micallef

Bracket 12.00 sa 12.49sec – Leslie Portelli

Bracket 11.50 sa 11.99 – Joe Ashton

Bracket 11.00 sa 11.49 – Luke Spiteri

Bracket 10.50 sa 10.99 – Horatius Caruana

Bracket 10.00 sa 10.49 – Clinton Degiorgio

Bracket 9.50 sa 9.99 – Clinton Degiorgio

Bracket 9.00 sa 9.49 – Keith Buttigieg

Bracket 8.50 sa 8.99 – Lewis Vella

Bracket 8.00 sa 8.49 – Dennis Desira

Index Classi 1 – Leslie Portelli

Index Class 2 – Johann Camilleri

Index Class 3 – Sven Piscopo

Index Class 4 – Adam Farrugia

Muturi Klassi C SS1 – Shawn Buttigieg

Muturi Klassi Index 8.5 – Leslie Said

Muturi Klassi Open – Briegel Micallef

Fil-ġimgħat li ġejjin, il-Malta Drag Racing Association ser tkun qiegħed tippubblika l-kalendarju tal-kamjonat Nazzjonali Enemed Drag Racing Championship 2020.





Leave a comment