Rimonta stupenda tagħti l-ewwel rebħa lil Mellieħa Mr. Green

Tuesday, December 16, 2014, 19:29

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Hibs 69

Phoenix Frank Salt 53
(19-13)(18-13)(17-12)(15-15)

Hibs kisbu t-tieni rebħa tal-kampjonat u għelbu lil Phoenix Frank Salt 69-53 fejn huma kienu mingħajr Ivan Mitrovic sospiż u Adrian Baldacchino fil-waqt li Phoenix kellhom nieqsa lil Darren Debattista u Matthew Bonnici. Wara bidu bilanċjat fejn kien hemm parita ta’ 5-5 bi three pointer fuq kull naħa, Hibs kellhom run ta’ 12-2 li għalquha bi trippla ta’ Fabrizio Mariani. Phoenix ukoll kellhom it-trippli tagħhom minn Jonathan Ransley u Antoine Costa però Hibs baqgħu sitta minn fuq 19-13. Fil-ftuħ tat-tieni perjodu Phoenix naqqsu d-distakk għal 3 punti wara trippla minn Luke Azzopardi. Wara basket fuq kull naħa, Hibs kellhom run ta’ 10-3 biex daħlu jistrieħu fuq quddiem 37-26.

Fit-tielet taqsima Hibs reġgħu fetħu vantaġġ komdu hekk kif kellhom it-three pointers ta’ David Camilleri u Simon Attard. Phoenix wieġbu bil-punti ta’ Ransley u Costa bi trippla biex il-Hibs baqgħu fuq quddiem 54-38. Fl-aħħar taqsima l-logħob kien aktar bilanċjat għalkemm Hibs baqgħu jikkontrollaw u kellhom tmien punti mingħajr risposta. Phoenix wieġbu bil-baskets ta’ Christian Briffa u Andres Toompere flimkien ma’ Francesco Antisaru biex Hibs rebħu l-partita 69-53.

Hibs: M. Giusti 2, M. Humpton, D. Camilleri 14, L. Farrugia 6, S. Attard 9, G. Agius 2, K. Caruana 12, K. Vella, K. Sultana 4, G. Cutajar, F. Mariani 17, S. Vella 3.

Phoenix Frank Salt: L. Azzopardi 6, G. Micallef, D. Pisani 2, R. Curmi, M. Fenech, L. Bugelli, F. Antisari 4, D. Cuenca Grimaldos 7, C. Briffa 2, A. Costa 16, J. Ransley 14, A. Toompere 2.

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani.

Mellieħa Mr. Green 51

St. Nicholas Suns 49
(11-14)(2-21)(17-4)(21-10)

Mellieħa Mr. Green wettqu rimonta stupenda wara l-intervall fejn dawwru distakk ta’ 22 punt f’rebħa drammatika kontra St. Nicholas Suns 51-49. Suns wettqu żball kardinali wara l-mistrieħ meta ħasbu li l-logħba kienet lesta u ġaladarba Mellieħa qabdu r-ritmu ma setgħux isalvaw il-partita. Mellieħa kienu milquta minn l-injuries ta’ Robert Loporto u Emanuel Lupo, kien nieqes ukoll Bernard Soler fil-waqt li Samuel Aquilina ma kienx f’sikktu mija fil-mija. Suns kellhom nieqsa lil Keith Scicluna u Robert Mercieca. Kienu Mellieħa li fetħu tajjeb bi three pointers minn Clint Grixti u Michel Farrugia. Suns wieġbu bi break ta’ 8-0 bil-punti ta’ Hubert Agius. Mellieħa kellhom basket ta’ John Muscat u trippla ta’ Rihards Polis bis-Suns jagħlqu b’basket ta’ Lee Grech għal skor ta’ 14-11. It-tieni sessjoni kienet nettament f’idejn is-Suns fejn kellhom run ta’ 19 –il punt mingħajr risposta fosthom żewġ trippli ta’ Michael Barberi u aktar punti ta’ Agius. Mellieħa kellhom biss basket wieħed minn Grixti biex Suns daħlu jistrieħu 35-13 minn fuq.

Wara l-intervall l-istorja nbidlet u Mellieħa bdew bi trippla ta’ Polis u wara basket ta’ Agius, huma kellhom sitt punti oħra. Suns kellhom żewġ free-throws ta’ Simon Cauchi iżda Mellieħa komplew b’run ta’ 9-0 bi trippla ta’ Polis biex naqqsu d-distakk għal 9 punti 30-39. Fl-aħħar perjodu Mellieħa komplew fejn ħallew u bdew bi break ta’ 8-0 bi trippli ta’ Farrugia u Polis. Suns kellhom basket ta’ Grech però Mellieħa feġġew fuq quddiem bi tlett baskets oħra. Suns għal darbtejn ħadu l-vantaġġ però Mellieħa rkupraw u marru minn fuq. Cauchi tilef l-aħħar pussess ta’ Suns biex Mellieħa rebħu l-partita 51-49.

Mellieħa Mr. Green: C. Grixti 15, M. Farrugia 14, J. Muscat 7, S. Aquilina, R. Polis 15, P. Cauchi, J. Aquilina, P. Magro.

St. Nicholas Suns: A. Pace, S. Borg, L. Grech 14, H. Agius 17, M. Barberi 10, R. Camilleri, A. Bianchi, R. Camilleri 2, S. Cauchi 6.

Referees: Gordon Barbara, Luis Abuin.

Athleta 91

Starlites 55

(19-19)(26-18)(20-8)(26-10)

Athleta kisbu l-ewwel rebħa fil-kampjonat fuq it-team ta’ Starlites li sofrew it-tieni telfa. Il-partita kienet bilanċjata sal-intervall però Athleta kellhom bidu qawwi fit-tielet sessjoni u ħadu l-partita f’idejhom. Starlites ħadu l-ewwel vantaġġ 10-6 fl-ewwel ħinijiet però Athleta kellhom run ta’ 11-4 u marru minn fuq. Starlites wieġbu bil-punti ta’ Alec Felice Pace u Anthony Schembri għal parita ta’ 19-19. Fit-tieni sessjoni, Starlites kellhom il-punti ta’ Terence Gatt biex ħadu l-vantaġġ 27-23. Athleta wieġbu bi break ta’ 16-2 b’diversi punti ta’ Matthew Gouder u trippla ta’ Martin Krastev u fetħu vantaġġ ta’ 10 punti 39-29. Starlites kellhom il-baskets minn Schembri u Miguel Falzon però fl-intervall Athleta kienu 45-37 minn fuq.

Wara l-mistrieħ Athleta fetħu bi break ieħor ta’ 11-0 biex żiedu l-vantaġġ 56-37. Ir-risposta ta’ Starlites ġiet bil-baskets ta’ Felice Pace u Falzon però Athleta kienu 20 minn fuq fi tmiem it-taqsima 65-45. Athleta reġa’ kellhom mument tajjeb fl-aħħar perjodu u b’run oħra ta’ 13-3 b’aktar punti ta’ Gouder u David Garcia fost l-oħrajn biex rebħu l-partita 91-55.

Athleta: W. Hopper 5, F. Mifsud Bonnici 3, D. Garcia 9, L. Stefanovic 2, D. Buhagiar 4, M. Gouder 24, M. Krastev 22, S. Vincic 4, R. Bezzina 2, M. Gauchi Montaldo 18.

Starlites: A. Schembri 14, T. Gatt 6, D. Massa 2, C. Schembri 13, M. Falzon 7, A. Felice Pace 11, L. Vella, C. Laferla, JP Borg, D. Garcia 2, T. Grech.

Referees: Brian Sly, Zvezdan Dobrosaviljevic.





Leave a comment