Rimonta minn Bupa Luxol twassalhom fis-semifinali

Monday, October 31, 2011, 13:41

minn Colin Schembri

ST.JAMES HOSPITAL SHIELD IRĠIEL 

 Tata Motors Loyola 42 A to Z Electronics Athleta 77

(6-20)(7-16)(15-19)(14-22)

Floriana vs Luxol

Floriana vs Luxol

Ic-champions A to Z Electronics Athleta kisbu r-rebħa li kellhom bżonn kontra Tata Motors Loyola biex ikkwalifikaw għas-semifinali tas-Saint James Hospital Shield. Huma rebħu l-partita 77-42 u ftit sabu oppożizzjoni minn Loyola li mhux biss kienu mingħajr player barrani pero’ kellhom ukoll jagħddu mingħajr David Camilleri. Athleta kellhom nieqsa lil Steve Schembri u lil Clayton Calleja li jidher li se jinagħqad ma Floriana b’self. Athleta bdew agressivi mal-ewwel u bi trippli ta’ Omar Said u Andras Fekete fetħu vantaġġ ta’ 10 punti 12-2. Wara li Jonathan Ransley wieġeb għal Loyola, Athleta għamlu run oħra ta’ 8-0 biex temmew l-ewwel sessjoni b’vantaġġ ta’ 14-il punt 20-6. Loyola komplew isibu diffikulta fil-ftuh tat-tieni sessjoni u Athleta aprofittaw b’run oħra ta’ 10-0 fosthom it-tieni trippla ta’ Said u kabbru l-vantaġġ għal 22 punt. Qabel l-intervall kien hemm ukoll trippla ta’ Micheal Giusti għall- Athleta li fil-mistrieħ baqgħu 23 punt minn fuq 36-13. It-tielet sessjoni kienet l-aktar waħda bilanċjata bl-Athleta jibdew bi break ta’ 8-2. Loyola wkoll wieġbu b’run ta’ 8-3 u wara li David Bugeja u Michael Naudi għamlu l-punti għall-Athleta, Loyola rrispondew bi trippla ta’ Sean Pace u basket ta’ Billy Zammit. Athleta għalqu l-perjodu b’żewġ baskets oħra biex temmewh 55-28 minn fuq. Loyola rrispondew għall-baskets ta’ l-Athleta fl-ewwel parti ta’ l-aħħar sessjoni fejn kien hemm ukoll trippla ta’ Bugeja. Loyola għamlu sforz ieħor biex inaqqsu d-distakk bi break ta’ 8-2 pero Athleta wieġbu b’run oħra ta’ 11-2 fosthom żewġ trippli oħra ta’ Said biex rebħu l-partita 77-42.

 Tata Motors Loyola: S. Pace 10, B. Zammit 10, C. Cassar 2, S. Borg, S. Vella, A. Axiaq 16, J. Anastasi 2, J, Ransey 2.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 14, D. Bugeja 8, D. Schembri 13, M. Giusti 3, A. Fekete 9, O. Said 19, A. Bonnici 4, K. Baldacchino 7,

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Clive Terribile

Floriana Francesco Fenech 62 Bupa Luxol 71

 (17-12)(22-15)(12-17)(11-27)

Bupa Luxol stennew sal-aħħar ħinijiet biex irkupraw minn żvantaġġ ta’ 16-il punt u għelbu lil Floriana Francesco Fenech 71-62 u kkwalifikaw għas-semifinali tas-Saint James Hospital Shield. Floriana kellhom biss 8 players għal din il-partita u fl-aħħar dan in-nuqqas ta’ players inħass. Luxol għandhom il-mertu li baqgħu jemmnu li jistgħu jerbħu l-partita anke wara li reġgħu sabu ruħhom minn taħt fl-aħħar minuta. Luxol fetħu l-partita b’run ta’ 10-2 fejn bdewha bi trippla minn Antoine Costa. Pero’ Floriana wieġbu bi break ta’ 11-0 fosthom trippla ta’ Ian Mercieca u minkejja li Luxol għamlu basket minn Nikola Vasovic, Floriana temmew l-ewwel sessjoni 17-12 minn fuq. Sa nofs it-tieni sessjoni Floriana għamlu break ieħor ta’ 14-2 fosthom trippla ta’ Steve Sammut u fetħu vantaġġ ta’ 17-il punt 31-14. Luxol naqqsu d-distakk wara baskets minn Vasovic u Tom Paris pero’ Floriana wieġbu bi trippla oħra ta’ Mercieca. Free-throws ta’ Lee Ross raw lil Luxol inaqqsu l-iżvantaġġ għal 12 –il punt 27-39. Wara l-mistrieħ, Luxol komplew inaqqru l-vantaġġ Furjaniż pero’ trippli ta’ Sammut u Mercieca reġgħu taw vantaġġ ta’ 16 –il punt lil Floriana fil-ħames minuta 49-33. Hawn bdiet ir-rimonta ta’ Luxol li bi break ta’ 11-2 naqqsu d-distakk għal 7 punti 44-51 fi tmiem it-tielet perjodu. Luxol temmew ir-rimonta tagħhom fit-tielet minuta ta’ l-aħħar sessjoni meta bi trippla ta’ Ross ippareġjaw il-partita 51-51. Floriana wieġbu b’run ta’ 7-0 u reġgħu ħadu l-vantaġġ. Il-partita issa sbieħet ferm u trippli ta’ Ross u Vasovic reġgħu poġġew lil Luxol punt minn fuq 61-60. Fl-aħħar minuta Floriana marru punt minn fuq wara free-throws pero Luxol irnexxielhom jagħmlu run ta’ 10-0 bi trippli minn Costa u Ross u rebħu l-partita 71-62.

Floriana Francesco Fenech: S. Sammut 9, J. Curmi, N. Mercieca, C. Sammut 16, I. Mercieca 25, R. Polis, A. Sultana 8, M. Ciantar 4.

Bupa Luxol: CJ Cordina, M. Mercieca 1, L. Ross 27, A. M. Trgona 1, S. Mizzi, A. Costa 6, N. Vasovic 15, T. Paris 8, A. Cremona 4, E. C. Montaldo, JP Bonnici 6, S. Capello.

 Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani, Clive Terribile





Leave a comment