Riforma Kampjonati Youth FA – Stagun 2014 – 15

Friday, August 1, 2014, 12:36

Il-Kunsill tal-Youth FA iddeċieda li l-kampjonati u n-Knock-Out tal-YFA, wara konsultazzjoni maċ-Ċentru Tekniku u nurseries, u sabiex dawn il-kampjonati jirriflettu l-livell attwali tat-timijiet u jkunu aktar kompetittivi, ser ikunu riformati hekk :-

L-istaġun jibda’ b’Knock-Out, Round 1, fuq żewġ legs, imtella bil-polza, bejn it-timijiet li attwalment qgħedin Sezzjoni C, u mill-istaġun li ġej jinghaqdu magħhom dawk ta’ Sezzjoni D wkoll, sabiex naslu għat-12 il-team, li se jikkompetu fil-fażi tal-gruppi. Jekk it-timijiet wara ż-żewġ logħbiet jibqghu f’rizultat ta’ draw aggregate (m’humiex kunsidrati l-goals home u away), imorru direttament għal penalties, skond ir-regolamenti tal-FIFA, sabiex jiġi stabilit ir-rebbieħ. Jekk ikun hemm iktar minn 24-il team, isir round preliminari, li jitella bil-polza, u jsegwi l-istess regolamenti. Mill-istaġun 2015 – 16, ikunu 16 it-timijiet minn Sezzjoni C u D, li se jikkompetu fil-fażi tal-gruppi, u sabiex naslu għal dan in-numru, ikun hemm bżonn ta’ knock-out u / jew round preliminari, skond in-numru ta’ teams parteċipanti, li jitella bil-polza, b’dawk ta’ sezzjoni C ikunu seeded.

It-timijiet li jinqalghu minn knock-out (u l-preliminari eventwali), jiffurmaw parti minn Sezzjoni D. Dawn jilgħabu league, round robin, fejn l-ewwel team jiġi ddikjarat rebbieħ tas-section u promoss għal-Sezzjoni C, flimkien mar-runner-up. Ġie deċiz wkoll li kull team ġdid li jirreġistra, għandu jibda’ minn sezzjoni D, mingħajr ma jikkompeti f’Round 1 jew il-preliminari tan-Knock-Out.

It-timijiet li jgħaddu minn Round 1 tan-Knock-Out, jingħaqdu mat-timijiet ta’ Sezzjoni A u B (skond kif spiċċaw l-istaġun preċedenti) fil-fażi tal-Gruppi. Dawn it-tmien gruppi jkunu komposti minn team ta’ Sezzjoni A (top seed), team ta’ Sezzjoni B u żewġ teams ta’ Sezzjoni C, li jkunu għaddew mill-fażi tan-Knock-Out (tabella 1). Dawn il-kampjonati huma regolati minn regolament numru 10 tal-Competition Rules tal-Youth FA.

Dan l-istaġun, peress li għadna fil-fażi tar-riforma, il-gruppi ikunu iffurmati minn kombinazzjonijiet differenti ta’ seedings. Is-seedings ġew imqassma hekk:- Seed 1 (S1): dawk it-timijiet li spiċċaw l-istaġun 2013-14 f’Section A; Seed 2 (S2): dawk iż-żewġ timijiet promossi minn Sezzjoni B; Seed 3 (S3): il-kumplament tat-timijiet f’sezzjoni B, inklużi iż-żewġ timijiet promossi minn sezzjoni C; Seed 4 (S4): il-kumplament tat-timijiet f’sezzjoni C1 u C2 (tabella 2, eżempju). Iż-żewg timijiet promossi l-istaġun ta’ qabel għal-sezzjoni A, ser ikunu f’seed differenti sabiex ma jkunux jistghu jittellghu fl-istess grupp u nevitaw li jkollna grupp li teknikament ikollu 3 timijiet minn Sezzjoni A. Il-pozizzjoni tat-timijiet kollha huma determinati mill-polza.

Il-gruppi jintlgħabu fuq round robin, u t-tmien timijiet li jispiċċaw fl-ewwel post tal-grupp rispettiv tagħhom jilgħabu f’Sezzjoni A ta’ l-istaġun preżenti, dawk fit-tieni post f’Sezzjoni B, filwaqt li dawk fit-tielet u r-raba’ post jiffurmaw parti minn Sezzjoni C 1 u C2, komposti minn Gruppi 1 – 4 u 5 – 8, rispettivament. Fl-eventwalita’ li żewġ timijiet jispiċċaw b’punti indaqs sabiex jiġu stabilliti l-ewwel żewġ pożiżjonijiet ta’ kull grupp, dan għandu jkun deċiż b’deċider, fuq leg waħda, skond ir-regolamenti tal-Youth FA. F’kaz li jkun hemm iktar minn żewġ timijiet involuti japplika dan li ġej:-

(i) Għandu jitqies il-konfront dirett bejn it-timijiet involuti biss

(ii) Differenza ta’ goals bejn it-timijiet involuti biss

(iii) Goals skurjati favur it-timijiet involuti biss

(iv) F’każ li ma tkunx solvuta din is-sitwazzjoni wara li jkun ġie applikat dan kollu, il-Kunsill iżomm id-dritt li jieħu deċiżjoni huwa dwar x’għandu jsir

It-timijiet ta Sezzjoni C1 u C2, jilgħabu round robin (7 logħbiet) u r-rebbieħ ta’ kull sezzjoni jiġi promoss għal-sezzjoni B. L-aħħar team ta’ Sezzjoni C1 u C2, jiġi relegat għal Sezzjoni D.

It-timijiet ta’ Sezzjoni B, jilgħabu żewġ rounds (14-il logħba) u r-rebbieħ tas-sezzjoni jiġi dikjarat promoss għal-Sezzjoni A, flimkien mar-runner-up. L-aħħar żewġ teams ta’ Sezzjoni B, jiġu relegati għal Sezzjoni C.

It-timijiet ta’ Sezzjoni A, jilgħabu żewġ rounds (14-il logħba), imbghad l-ewwel 4 timijiet klassifikati, jilgħabu round robin ieħor bejniethom (3 logħbiet) bit-team li jkollu l-aktar punti jiġi dikjarat rebbieħ tas-

section. L-aħħar żewġ teams ta’ Sezzjoni A, jiġu relegati għal Sezzjoni B. Il-punti mirbuħa fis-sections, jibqghu jinżammu tul l-istaġun kollu.

It-timijiet li jispiċċaw fl-ewwel żewġ pożiżzjoniet tal-fażi tal-gruppi (Sections A u B), ikunu eleġġibli sabiex jilgħabu fin-Knock-Out Competition, b’dan il-format :-

 

 

in-Knock-Out huwa regolat minn regolament numru 10 tal-Competition Rules tal-Youth FA. Il-logħob kollu jintlgħab fuq leg waħda.

Dawn il-formati għandhom jinżammu għal tlitt staġuni konsekuttivi, sabiex nevalwaw is-suċċess tagħhom, qabel ma nħarsu lejn riformi oħra, għalkemm jista’ jsiru xi aġġustament jekk il-Kunsill jħoss il-ħtieġa.

 





Leave a comment