Rhona Scerri u Charmaine Gauci b’esperjenza f’Wales

Friday, December 10, 2010, 18:41
Rhona Scerri (xellug) u Chamaine Gauci (lemin) players ta' Valletta Rugby

Rhona Scerri (xellug) u Chamaine Gauci (lemin) players ta' Valletta Rugby

Dan l-aħħar żewġ players tfajliet tal-Valletta Lions Rugby Club messithom ix-xorti li jittrenjaw ma’ team ta’ fama mondjali minn Wales Ospreys Rugby. Dawn iż-żewġ players kienu Rhona Scerri u Charmaine Gauci li t-tnejn li huma ttrenjaw taħt il-gwida tal-coach Keith Hopkins. Wara huma ddawra mal-kumpless ta’ dan il-Club.

Żgur li din l-esperjenza f’Wales ser tiswa ta’ esperjenza kbira għall-dawn iż-żewġ players liema esperjenza jistgħu jagħadduha wkoll lill-sħabhom fi ħdan it-team femminili ta’ Valletta Rugby. Iż-żewġ players beltin kienu akkumpanjati mill-Viċi President tal-Club Josef Mizzi.





Leave a comment