Remy D’Amato bl-aħħar kapitolu…. jattakka lil Robbie Ebejer fost l-oħrajn

Thursday, November 18, 2010, 23:00

minn Sandro Micallef.

Is-Segretarju Ġenerali tal-ASA Remy D’Amato iktar kmieni din il-ġimgħa affaċja vot ta’ sfiduċja mill-membri tal-Kunsill tal-ASA u għaldaqstant mistenni jirriżenja uffiċjalment mill-kariga tiegħu fil-Laqgħa Ġenerali Anwali tal-Assoċjazzjoni wara li hu kostrett li jagħmel dan wara l-vot ta’ sfiduċja għadda b’maġġoranza assoluta.

Hawn taħt qedgħin nippublikaw dokument intitolat “L-Aħħar Kapitolu” miktub mill-istess D’Amato fejn jiċċara l-pożizzjoni tiegħu, liema dokument kien ippreżentat lill-membri tal-Kunsill. Ġara li xi ruħ tajba iċċirkola dan id-dokument lill-media partikolari u allura dan id-dokument spiċċa wieħed pubbliku.

Minn hawn personalment nirringrazzja lil Remy D’Amato tax-xogħol siewi li għamel fl-aħħar snin għal ġid tal-Waterpolo lokali. Għalkemm ikolli nistqarr li mhux dejjem konna naqblu jien u Remy f’affarijiet relatati mal-media u mad-drittijiet televiżivi fuq Melita, b’wiċċi minn quddiem niddikjara li kull argument li kelli miegħu dejjem kien jitratta kontra-argument minn naħa tiegħu għal ġid tal-ASA u tal-Clubs. Grazzi Remy u nispera li m’intiex se tieħu għalik għaliex se nippuplika hawn taħt il-verżjoni tiegħek tal-fatti fit-totalita tagħha.

L-AHHAR KAPITLU

Kont se ‘nqassam dawn in-noti qabel il-laqgha imma issa nahseb li ghamilt sew li ma’ qassamtomx.  Kont cert li se nitlef il-vot imma ma’ xtaqtx li xi hadd jahseb li ppruvat ninfluwenza lil xi hadd.  Gibt l-avvukat mieghi mhux ghax kelli bzonn imma biex inkun f’pozizzjoni li nara b’ghajnejja u minhajr xkiel l-uccuh jihmaru bl’ l-isforz biex jaghmlu punt.  Veru hrigtu ta’ irgiel – kieku din l-ghaqda tkun dejjiema l-ASA ma’ jkollha lil hadd min jigbida min imniehra. 

Pero’ xorta wahda se nistidinkhom taqraw dawn in-noti ghax nahseb li ghandhi dritt nighd il-verzjoni tiehi.  Naf li xbajtu taqraw korrispondenza li ma’ tispicca qatt imma xtaqt niccara xi affarijiet.  Ghazilt li nikteb bil-Malti ghaliex ridt li kulhadd ikun kapaci li jaqra u jifhemm.  Skuzawni ghal xi zbalji tal-grammatika.

Riflessjoni personali

Dawn tal-ahhar, kienu sena u nofs ferm difficli.  Biex tkompli taghmila aktar difficli kien hemm certi nies f’kull settur tal-amministrazzjoni tal-water polo, tal-ghawm u fil-Kunsill attenti biex ifixklu u ixerrdu qlajjiet qarriqa u informazzjoni hazina kull cans li kellhom. Nerga nighd li kien zmien ferm difficli.

L-ebda amministrazjoni gdida ma’ tkun mistennija li  timxi fuq il-binarji ta’ l-antiki u dan huwa naturali ghaliex ideat godda ghandhom bzonn ta’ binarji godda, u zmien, biex dawn l-ideat godda jevolvu u jiehdu l-forma mixtieqa.    Mhux kullhadd jaqbel ma’ dan u dawk li ma’ jaqblux  ghandhom kull dritt, pero’, dawk li ma’ jaqblux ma’ dan,  ma’ ghandhom l-ebda dritt ifixklu, jew aghar, jawwru lill xi ohrajn kontra.  Din hija assocjazzjoni sportiva, u ma jixraqx li f’asssocjazzjoni bhal din ikun hawn min ifixkel b’dan il mod ghaliex l-unika agenda hija li jkisser u biex jilhaq dan l-ghan ewlieni juza wkoll lil-haddiehor.  Irrid inghid li min qed jigi wzat lanqas biss qed jghaddilu min rasu li verament qed iservi ta ballun (sic). U din hija sfortuna – li wiehed jintuza ghal skopijiet specfici u ma’ jkunx jaf!

Remy D'Amato

Remy D'Amato

Kwazi, kwazi nithajjar nieqaf hawn ghaliex minn irid jisma jaf x’qed nighd pero’ tant inkitbu u intqalu affarijiet dawn l-ahhar xhur (u ma’ rajtux kollox!) li nixtieq inkompli biex nighd xi haga fuq zewg kazi li graw u, sfortunatament taw ic-cans lil dawk is-sriep li semmejt biex ixxerdu valenu mhux hazin.  Mhux se nahli il-ħin billi nwieġeb dawk il-messaġġi li nitbatu li kienu frott ta’ fantazija fertili ferm – se nghid biss x’gara’ u kif huma il-fatti – id-decizjoni jekk temnux jew le hija taghkom.

Il-kaz Tax-Xbiex

L-ewwel nett nixtieq insellem lil Toni li r-irgulija tieghu kienet xi haga unika.  Jiddispjacini bil-kbir li ma kellniex ic-cans, li nergu nitkelmu.  Nixtieq nighd li jien ma’ qbieltx xejn mad-decizjoni tal-Bord ta’ Protesti ghaliex telfitni l-uniku cans li jien kelli biex inkun nista nighd il-verzjoni tieghi. Intqal hafna u hafna fuq dan il-kaz, barra u specjalment fil-Kunsill fejn sahansitra dak li seta evita’ dan kollhu minfuq talab ghar-rizenja tieghi!  Qed niddejjaq li ser insemmi lil siehbi Toni imma jkolli ghax ftit nies jafu bli gara’.  Meta jien u Toni tlajna fl’ufficju biex naraw fliemkien ir-regola tal-barrani fuq il-kompjuter, Toni, quddiemi, cempel lil ex-President Ebejer biex jighdlu x’kien qed jigri (sa dal hin il-loghba kienet ma’ bdietx).

X’ghamel l’ex-President Ebejer biex jevita xi inkwiet li seta jinqala u kif fil-fatt inqala?  Ma’ ghamel assulutament XEJN.  Kien jaf li jien kont qied ma’ Toni ghax Toni kien qallu x’konna qed naghmlu meta cempillu – seta liberament staqsa ghalija biex jighdli li hemm zball fir-regolamenti li konna qed naraw izda le, ghazel li ma jaghmel xejn minn dan – dan qal lil Toni li gej. Imma meta gie? Dan tfacca meta l-loghba kienet kwazi spiccat jew spiccat.   Kieku ndenja ruhu kkellimni dak il-hin ma’ kien jigri xejn min dak li gara.  B’dan agir l-ex-President ippregudika l-kumplament tal-kampjonat ghaliex intefet certa pressjoni fuq l’Amministrazjoni li ma’ waqfet qatt sal-gurnata tal-lum.

Il-kaz ta’ San Giljan

Hawnhekk ukoll naraw lil-ex-President Ebejer, li waqt laghqa tal-Kunsill, flok ikkonferma lil rapprezentanti tan-Neptunes, li din kienet il prassi anke fiz-zmienu, dan “ftakar” li hemm regolamenti u beda jikkwota l’artikli biex b’hekk kull ma ghamel sahhahh l-argument tan-Neptunes.  Qed nirreferi ghal Cards tal-Players u ghal frasi “Cards at ASA”.

Kull klabb, u dan minghajr eccezzjoni, u nipprecisa anke in-Neptunes, f’xi hin jew iehor, kien nizzel fil-line-up tal-age groups, players li ma kellhomx cards ghaliex, tajjeb jew hazin, l-uzanza kienet li meta player ma’ ikollux il-card mahruga titnizzel il-frasi “Card at ASA” fuq il-match-card.  Tant kienet diffusa din l-uzanza li jien stess kont tajt istruzzjonijiet lir-referees xi sentejn ilu biex ma jaccetawx aktar li jiktbu din il frazi. Pero’ tipprova kemm tipprova dejjem ikun hemm xi player minghajr din il card u, sfortunatament, il-pressjoni tal-klabbs tkun tali li jkollok iccedi ftit.  Parti mit-tort huwa tal-klabbs stess ghaliex jibqu jirregistraw players bi kwantita’ anke wara li jkun bdew il-kampjonati u ghalhekk iz-zmien amministrattiv ikun limitat.  Hadt ma’ jista’ jinnega dan il fatt – lanqas l-ex-President Ebejer u aktar u aktar il-klabb tan-Neptunes li fuq din il-kwistjoni qajmu plejtu shieh – ghax hekk kien jaqblilom huma.

Issa nigi ghal registrations tal-players

L-ASA, skond l-Istatut, hija obbligata li taccetta kull registration ta’ player li klabb jibghat jekk din tkun mimlija u iffirmata kif suppost, u wara tinhareg il-Players ID Card fil-kaz tal-age-groups. U daqshekk.  L-ASA ma’ ghandha l-ebda obbligu iehor.  Kull ma’ nintqal fuq din il kwistjoni min-naha tan-Neptunes u min nies ohra huwa irrelevanti.

Jekk registration tidholx fiz-zmien stipulat jew le hija affari tal klabb koncernat. Ir-responsabilta’ tal-uzu ta’player hija kollha kemm hija tal-klabb ikkoncernat u la hija tieghi u lanqas tal-ASA.    Jekk klabb jikser ir-regolamenti din hija affari tieghu – hemm regolamenti ohra biex il-partijiet l-ohra jkunu jistu iehdu azzjoni u sa issa hekk ghandhu jsir.

Eligibilita’

Issa naqleb fuq l-eligibilta’ jew l-ineligibilta’ tal-players.  L-eligibilta ta’ player, cioe, jekk player li jintuza min Klabb kienx eligibli li jilghab jew le f’partita’ partikolari tigi decisa BISS min Protest Board u dan wara li jigi rregistrat protest u zgur mhux mill-Amministrazzjoni tal-ASA u aktar u aktar mhux minni.   

Meta Bord ta’ Protesti jiddeciedi li player ma’ kienx eligibli, il-Bord ikun  qed jirreferi ghal-loghba partikolari li tkun diga intlabet u li tkun suggett ta’ protest.  Dan ma’ jifissirx li  ghax player ikun ineligibli f’loghba wahda dan il-player huwa ineligibli ghal dejjem ghaliex dan l-istess player jista’ jkun eligibli biex jilghab pariti ohra.  Nerga nighd li huwa l-klabb li jiddeciedi jekk juzax player jew le – ir-responsabilita’ ta’ dan, fl-ebda mument, ma’ hija ta’ l-ASA jew tieghi kif kienu u ghandhom jinsistu b’hafna herqa n-Neptunes.   

In-Neptunes qalu li jien ghamilt hazin meta jien hrigt il-ASA ID Cards lil zewg players li l-Bord ta’ Protesti ddecieda li kienu ineligibli ghaliex gew registrati wara li ghalaq iz-zmien biex jilghabu dan l-istagun. 

Il-hrug tal-Cards huwa marbut mar-registration tal-player u mhux ma decizjonijiet ta’ Bords, kif diga spjegat u ghalhekk  jiena ma’ stajtx nirrifjuta li nohrog il-Cards meta gejt mitlub min San Giljan biex naghmel hekk.  Jien, fuq kollox, suppost kont diga hrigt il-Cards u dan biss huwa nnuqqas tieghi. Dan in-nuqqas mhux gej min zball imma min ammont kbir ta xoghol amministrativ li jaqa kollu fuqi u li jien dejjem ghamilt minghajr l-ghajnuna ta’ hadd.  Importanti ukoll nishaq, li l-ebda Bord ma’ ordnali biex ma’ nohrogx l-ASA ID Cards.

Mhux se nidhol fil-meriti ta’ kull decisjoni li ttiehdet mill Bord ta’ Protesti li gew imlaqqa – kien hemm bizzejjed diskusjonijiet fuq dan – San Giljan ghazlu li, bhala principju, jimxu mad-decizjoni tal-ewwel Bord ta’ Protesti u dan nonostante decizjoni cara u tonda tal-Kunsill – ir-responsabbilta’ min dejjem kienet taghhom. X’ghandhi x’naqsam jien jew l-ASA?

In-Neptunes bir-ragun kollhu pprovaw jinterpretaw kull ma’ gara a favur taghhom – sa hawn ma’ hemm xejn hazin pero’ li tipprova ddawwar u tawweg il-fatti biex jintefa’dawl ikrah fuqi  jew jippruvaw juru li jien b’xi mod iffavorejt lil San Giljan – hekk le.  Dan ma’ naccettah qatt!  L-emails, u nirrepeti li intkom ma’ rajtux kollox, hekk ippruvaw jaghmlu, u la qedien hawnhekk illum iffiser li dawn l-emails sfortunatament ghamlu xogholom tajjeb. Tajjeb ghax kienu intenzjonati biex jaqalaw l-inkwiet u hekk gara, ghalhekk qieghdin hawn illum.

L-President tan-Neptunes ma’ kienx kuntent li jibghat ruxxmata emails imma ukoll ghogbu jibghatli direttament messagg li fih, apparti affarijiet ohra, jighdli li jien qed nittratta r-regoli bhal toilet paper – dan huwa l’agir den ta’ President ta’ Klabb u dan, wara kollox, ghax ma’ naqbilx ma’ l-interpretazzjoni zbaljata tieghu?  U bil-liema dritt l-President tan-Neptunes jitlob li d-decizzjoni tal-Kunsill rigward il-passi dixxiplinari fil-konfront tieghu u ta’ coach tan-Neptunes tigi revokata? Lanqas decizjoni tal-Kunsill, l-ghola organu tal-ASA, ma’ accetta.  U hawn irrid inzid, u dan jafu ‘l Kunsill,  li min flok iwitti, l-ex-President Ebejer, ipprova, jghati palata lin-Neptunes pero’, ma’ tantx kellu bazi soda ghaliex kienu in-Neptunes stess li talbu li l-Kunsill jiehu decizjoni msemmija.

Bordijiet tal ASA

Issa nigi ghal-Bordijiet tal-ASA. F’wahda mid-diskusjoniet tal-Kunsill xi gharef issuggerixxa li dawn l-Bords ghandhom jigu iggwidati waqt is-smiegh – ma’ nafx ezat x’rid iffisser u lanqas irrid inkun naf imma jiena zgur mhux se nindahal kif xi Bord ta’ ASA jinterpreta r-regolamenti. Jekk hemm xi regolamenti li ghandhom bzonn jigu aggornati dawn jitrangaw, imma wara. Alla hares jigri dan ghax rebus ikun hemm u jien nassigura li matul dawn l-ahhar 18 il-xaghar zgur li ma’ garax hekk.

Hekk jonqos li naghmel! Iftakru ftit, Membri tal-Kunsill – meta, xi sentejn ilu, wara l-ahhar kaz tas-Sirens (u qed nissuspetta li min hawn bdew il-manuvri li wasslu sal-lum), ghamilt kumpliment fil-milied lil zewg membri li jservu fuq dawn il-Bords. Xi plejtu ghamel l-ex-President Ebejer ghaliex xtaq jiktbilom fuq id-decizzjoni li kienu hadu u hass li ma’ setax minhabba dawn il-kumplimenti.   Illum kwazi, kwazi inhoss li dak inhar gejt akkuzat  li jien influwenzajtom jew ippruvajt ninfluwenzom.  Dawn affarijiet tal-genn!  Lanqas jitwemmnu! Il-Bords tal-ASA huma komposti min-nies ta’ integrita kompleta u ma’ hemmx bzonn ta’ l-ebda gwida. Nassigura li dan il-kumpliment kien genwin min nahha tieghi, u li ‘l hsieb biss kien li nirringrazzjhom ghax xoghol li dawn kienu jaghtu mil qalb u bla hlas, u li dejjem gew meta sejjahnilhom.

Nigi ghall prezent.

Kif tafu sewwa, l-ex-President  Ebejer attakkani kwazi waqt kull Kunsill li kellna minn wara li rrezenja. Ir-ragunijiet ta’ dawn l-attakki hu biss jaghfhom – (forsi kif ghidt aktar il-fuq?).   Nista’ nipprova insemmi xi ragunijiet imma dawn ikunu kollha opinjonijiet ghax provi ma’ hemmx.  Li naf bic-cert huwa li bil-mod li kien jintervieni waqt il-kunsilli rnexxielu jzomm tensjoni kontinwa bejn l-esekutiv u l-kunsill u l-klabbs u dan meta l-ex-President Ebejer qieghed fil-Kunsill sempliċement ghaliex istatut jippremettilu li jkun hemm. Jien perswaz li l-iskop originali, ta’ dan l-artiklu huwa biex l-ex-presidenti jighnu u mhux ifixklu u jimponu  fuq  l-amministrazioni il-gdida.    

Kemm irsista, u mhux bil ftit, l-ex-President Ebejer, qabel l-ahhar elezjoni tas-Segretarju Generali u issa kemm qed jerga jirsisti biex tinbidel l’amministrazjoni b’ghajnuna ta’ certi nies li qedin jintuzaw ghal finijiet li  huma stess ma’ jafux.   Certo, kuntenti ferm certi klabbs ghaliex li ma’ irnexxilomx jaghmlu waqt elezjoniijiet qed jippruvaw jaghmluh issa – imma dawn rikbu fuq il-karettun l-hazin u ghal-ragunijiet zbaljati u z-zmien ghad itina parir.

Is-Segetarja amminstrativa

Għandi informazzjoni li waħda mir-raġunijiet prinċipali li dawn in-nies qed ibiegħu lill-klabbs hija li hemm qasma bejni u bejn is-segretarja amministrattiva u din qed tirrizulta problema fl-amminstrazzjoni.  Il-persuna jew persuni li ghaddew l-informazzjoni ma’ tafx/jafux ir-raġunijiet ghal dan – ghadda/ghaddew biss nofs l-informazzjoni.

Huwa veru li hemm qasma bejni u is-segretarja amministrattiva – dan kullhadd jafu. Ir-raġuni hi pjuttost sempliċi. Hafna mil Membri tal-Kunsill ghadhom segretarja u ghalhekk se inwiegeb b’xi mistoqsijiet. X’taghmel inti jekk tgħid lis-segretarja tagħmel ħaġa u hija taghmel ohra? X’taghmel inti jekk tghid lis-segretarja iżommok informat dwar li qeda taghmel u dan ma taghmlux?  U tghidila darba, darbtejn tlett darbiet u sempliciment tinjorak – x’taghmel int? Tikteb dirett lil-President jew il-Vici minghajr jien ma’ kont inkun naf etc – nista ‘ngħid ħafna aktar affarijiet imma naħseb li dan huwa biżżejjed.  

Inkopli; imbagħad hemm is-sigħat li hija mistennija li taħdem. Is-segretarja hija għalliema – sigħat ta’għalliema tahdem, sas-saghtejn jew it-tlieta meta lanqas dubbiena ma’ tersaq lejn l-ufficcju dak il-hin. U xi nighdu ghal vaganzi? Fil-milied, fl-ghid u fis-sajf. Lil din xi hadt qatt ra fuq il-pool-deck? Lil din qatt xi hadt ra fis-sajf? Konna naghmlu il-laqghat tal-Ezekutiv meta tkun tista hija ghaliex xi drabi  ghandha xi laqgha, xi drabi ma’ tistax etc.  Fuq kollox, hija ukoll Chairperson tas-Swimming Board ta’ B’Kara St Joseph – tlabta biex tirrizzenja ghaliex jista’ ikun hemm konflit ma’ l-ghawm kif ukoll mal-water polo, li ma’ tantx tnizzlu, kif forsi indunajtu.  Hemm baqghet.

Infurmajt l-Eżekuttiv b’dan kollu imma l-ebda deċiżjoni ma’ kienet qatt ittieħdet u l-affarijiet tħallew f’dan l-istat. L-ahhar korrispondenza fuq dan is-suggett ktibta fi-Frar ta’ din is-sena lil-ex-President Sammut u lil- Vici–President Galea Testaferrata – rega ma’ kien hemm l-ebda reazjoni u waqaft hemm. Din kienet is-sitwazzjoni. Xi hadt saqsini ghalfejn – le – kullhadd ipacpac u jsahhan.

Verament taħsbu li kieku kelli l-għajnuna kont nirrifjuta meta naf bil-muntanji ta’ xogħol involut.  Kont inkun mignun.

L-ezekuttiv

Semmejt l-Ezekuttiv – nixtieq nigbed l-attenjoni hawnhekk li t-tmexxija tal-ASA kienet f’idejn l-Ezekuttiv – kull decizzjoni kienet tal-Ezekuttiv u mhux tieghi kif hafna jahsbu.  Kull saba kien ikun ippuntat jew gie ippuntat lejja imma jien naf li  kull min ghamel dan huwa zbaljat jew ghamel hekk b’skop.

Appointments tar referees

Issa indur fuq l-appointments tar-referees ghax dawn issemmew ukoll f’xi hin jew iehor. Jien, ghalkemm kont inkun infurmat min qabel il-loghob kif kienu l-appointments – ftit li xejn indhalt. Qed insemmi l-appointments ukoll ghax wasalli ghal widnejja li fin-Knock-Out Final l-appointment tar-referee Malti sar minni b’disprezz ghan-Neptunes. Ghal informazzjoni ta’ kullhadd, din kienet l-unika darba li jiena ma’ qbiltx kompletament ma’ l’ghazla –  u fuq kollox kien diga deciz minni u l’ ex-President Sammut min ghandhu ikun ir-referee tal-final.

Nixtieq insemmi ukoll zewg episodji ohra. Qatt ma’ irrespondejt qabel ghaliex ma’ thallejtx izda issa nista’.

Il-tournament ta’ Cipru

In-nazzjonal tal-Under 19 kien ilu jittrenja mhux hazin u il-coach kien staqsieni jekk kienx hemm xi tournament fil-vicin kemm fiz-zmien u kemm bhala pajjiz.  Kont naf li kien hemm tournament f’Cipru u infurmajtu bieh pero’ ghidtlu ukoll li peress li n-nazzjonal tal-kbar se jkollhom isiefru aktar min darba kienet se tkun difficili. Dan  accertani li mhux ser ikun hemm problemi ghaliex qalli li ser ihallsu il-parents. Konna ghadna ma’ nafhux kemm ser tkun l-ispiza hlief il-passagg – ikkalkulajna l-akkommodazzjoni u ghamilna budget. Il-parents gew avzati u ma’ kienx hemm feedback. Meta gejna nfurmati kemm se tiswa l-akkommodazzjoni, u dan kien xi gimghatejn qabel, sibna li inqabez il-budget. Hawnhekk l-ASA iddecidiet li thallas il-passaggi hija u xi spejjes ohra. L-ASA spiccat thallas aktar min nofs – mill memorija xi Eur5200. 

Urugwaj

Issa nigu ghal famuz vjagg tal-ex-President Sammut u tieghi fl-Urugwaj ghal- FINA 1st World Aquatic Convention.  Meta rajna in-numru kbir ta’ delegate (fuq 400)  li r-registraw kif ukoll n-numru kbir ta’ pajjizi li ser jiehdu sehem, gie deciz li Malta tippartecipa biex:

1) nistudjaw sew l-organizazzjoni bil-hsieb li napplikaw biex n’organizzaw it-tieni convention  hawn Malta (ghaliex konna nafu li it 2nd Convention kellha issir fl-Ewropa);

2) biex inkellmu lil-esibituri ta’ equipment akwatiku vis-à-vis in-necessitajiet tal-ASA (u forsi anke tal-KMS); u

3) biex nisimghu esperjenzi ta’ pajjizi ohra biex naddotaw xi ftit minhom.

Iva – ma’ kienetx irhisa imma konna fidicjuzi u waqt li konnha hemm aktar kabbarna il fiducja, li dan il hsieb isir rejalta anke wara li kellimna lil certi nies. Dawn assigurawna bis sapport taghhom biex norganizzaw it-tieni convention hawn Malta.  Il-process beda.  Kieku naghtajna c-cans din il mawra zgur kienet tissarraf f’gid u prospett ghal waterpolo u s-swimming f’Malta u ghal Malta ukoll.

Dawn huma z-zewg episodji li gew sfruttati minhajr qies min certi nies li ma’ kienux jafu x’qed jigri jew inghataw informazzjoni hazina jew mhux korretta biex jaghmlu hsara lil ex-President Sammut u lili.  Lanqas indenjaw ruhhom jistenew sal-AGM fejn l-ex-President Sammut kien se jaghmel rapport shieh.

L-Artiklu fit Torca

U fl-ahhar nigu ghal famuz artiklu li deher fit-Torca tal-31 ta’ ottubru, iffirmat Joseph Farrugia – kullhadd jaf bieh dan l-artiklu ferm interessanti – inkixfu il-borom.  L-ewwel profezija diga sehhet.  Il-President, Dr Austin Sammut, nhar it-tnejn 8 ta’ novembru rrizenja u dan, bhal ma’ tafu, mhux ghal ragunijiet personali.  X’ghamel hazin l-ex-President Sammut? Staqsu lil Vici-President tas-Swimming jekk kienx hemm bidla immedjata. Staqsu lil-KMS kemm iggieled ghal-ASA sa l-ahhar mumenti. Staqsu lil-Ezekuttiv fuq il-progetti futuri li kien hemm? Tkellem xi hadd nhar it-Tnejn, 8 ta’ novembru? Xi hadd qal grazzi? Kellu il-mod tieghu ta’ kif immexxi –  u jien dejjem taghjtu is-sapport tieghi. Hasra li ma tajtuhx zmien bizzejjed, l-affarijiet kienu mexjin il quddiem imma t-tfixkil kien ferm akbar.    

U issa skondt l-artiklu imiss lili – mhux hekk – kollox bizzila

L-ahhar parti tal-artiklu tat-Torca kienet ferm interessanti. Tajjeb li tkunu tafu li l-ASA twaqqfet f’1925 – 85 sena ilu, mhux kif gie ikkwotat f’dan l-artiklu. Min dak inhar sal-lum kellha numru ta’ Presidenti – hemm min dam ftit u hemm min dam hafna. Kullhadd bena fuq ta’ qablu ghal gid tal-ASA, imbad jigi ex-President Ebejer u jsejjah lil ASA it-tarbija tieghu – b’liema jedd jinghad dan il-kliem.  l-ASA hija ta’ kull minn qed jaqra dawn in-noti u ta’ minn offra parti min hajtu, bhal ma’ ghamel hu wara kollox, biex dejjem tissahhah u tikber u hadd ma’ghandhu d-dritt li wara li jitlaq ikompli jindahal direttament jew indirettament f’tmexxija taghha. Jekk l-ex-President Ebejer jixtieq jerga jibda jaghti s-sehem tieghu, dan ghandhu jidhol mill-bieb principali u meta jkun il waqt.  

Konkluzjoni

B’li ktibt miniex nipprova niggustifika xi nuqqasijiet li kelli u li ghandhi, xejn min dan. Ktibt dawn in-noti biss biex niccara xi affarijiet u nirrispondi ghal xi kitba u diskors xejn sabieh/a li intqal/li inkitbet min nies egositi, arrogant u rresponsabli.  

Intkom, bis-serjeta’ kontu qedin tahsbu li jien kont se nibqa Segretarju u nerga naghdi min sena bhal ma’ ghadejt?! L-informazzjoni li kelkom ghal darba ohra kienet wahda hazina. Kieku stennejtu ftit kontu tifrankaw hafna skarigg. Bl-ispetaklu tal-lejla kkonfermajt li d-decizjoni li kont diga lejn l-ahhar tal-istagun, kienet wahda tajba – ma’ hemmx ghalfjen tergaw toqodu tigbru firem. 

J’Alla l-ghaqda li wretju lleja tkompli thares fuq l-ASA.

Mil qalb, nawgura lil-President il-gdid tal-ASA hidma tajba u successi sbieh ghal gid tal waterpolo u s-swimming f’Malta. 

Grazzi u Sahha

Remy Damato





7 Comments

  1. Joseph borg says:

    kemm nikkoregik swim – sa fejn naf jien jekk l-ghawwiema top jmorru competition thallas l-moc – jekk le u taf xi affarijiet ohra ikteb lil moc

    [Reply]

  2. ismael borg says:

    issa kollox nirrangaw fil Waterpolo ax issa Gej sugar daddy Blisem ta joe Caruana curren. Very wise of u Waterpolo clubs flus biss taraw … Dahhaltu lis sur joe biex igibilkom il flus u funds mill Kms ax u director Hemmekk… Hax……Ja kolla l ufficjali tal-clubs …

    [Reply]

  3. fra mudest says:

    ghidlu jhallina bil-kwiet lis-Segretarju! Ir-rizultat tal-vot jitkellem wahdu, 7 clubs, kwazi kollha, qalu li m’ghandhomx fiducja fih, u jrid jiehu r-ragun ukoll? Ahjar baqa kwiet, mela hu imur l-Uruguay, u l-U/21 ihallsu? Gharukaza!

    [Reply]

    swim Reply:

    ahjar tara it tim nazzjonali tal ghawm…. dawk mux bhal waterpolo ghax bix imorru competitions u jittrenjaw kwazi kollox iridu jhalsu…..u huma serjeta mux bhal daw li laqwa imorru holiday tal waterpolo!!

    [Reply]

  4. Pallavolo says:

    Mela isimghu din, jien, kont naghmel parti min tim tal-volleyball u wara loghba partikolari ressaqna protest kontra player barrani ta club iehor ghax kien hemm regola li player barrani irid juri l-passaport qabel il-loghba biex ikun eligibli. Ovvjament dan il-barrani ma kellux passaport.
    L-Mva hatret bord apposta u wiehed minnhom kien is-sur ebejer. Ahna tlifna l-protest avolja kienet cara u miktuba bl-abjad u l-iswed li kellna ragun. Issa wara li qrajt dan komplejt nikkonferma kemm is-sur ebejer jimxi bl-ucuh u mhux skond ir-regolamenti

    [Reply]

  5. clayton formosa says:

    pls semmu l-isem ta din is-segretarja ezekuttiva clayton

    [Reply]

Leave a comment