Remax Siġġiewi Citadel jegħlbu lic-Champions

Monday, November 18, 2013, 18:02

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA IRĠIEL

….minn Colin Schembri

A to Z Electronics Athleta 82

Pavi Depiro 76
(14-24)(27-14)(19-14)(22-24)

A to Z Electronics Athleta kisbu t-tieni rebħa fil-kampjonat Bank of Valletta meta għelbu lil Pavi Depiro 82-76 f’partita li baqgħet missielta sal-aħħar. Athleta kienu mingħajr Wayne Spiteri u Mike Giusti fil-waqt li Depiro kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom. Il-Kanadiż Chat Patus reġa’ kien strumentali f’din ir-rebħa tal-Athleta fil-waqt li għal Depiro l-Amerikan Turrell Morris kellu wirja tajba minkejja li kien miżmum strettament minn Steve Schembri. Depiro kellhom l-aħjar bidu meta bil-punti ta’ Morris u Roderick Vella huma għamlu run ta’ 16-6 li temmewha bi trippla ta’ Samuel Paul Bartolo. Athleta wieġbu bil-punti ta’ Michael Naudi u Patus però Anton Axiaq għamel żewġ baskets konsekuttivi għal Depiro. Wara basket minn David Bugeja għall-Athleta, Depiro komplew b’erba’ punti oħra biex temmew is-sessjoni 10 minn fuq 24-14. Fit-tieni perjodu Athleta bdew ir-rimonta tagħhom bi break ta’ 9-2 b’punti ta’ Bugeja, Naudi u Patus. Morris għamel trippla għal Depiro, però Athleta reġgħu għamlu run ta’ 10-2 biex wara li fis-seba’ minuta ġabu l-iskor indaqs 33-33, huma marru fuq quddiem bil-punti ta’ Naudi. Depiro resqu punt taħt l-avversarji għal darbtejn però Athleta daħlu jistrieħu 3 minn fuq 41-38.

Fit-tielet taqsima Athleta kellhom żewġ runs ta’ 6-0 u 7-0 rispettivament u bejniethom Depiro għamlu żewġ baskets minn Emanuel Lupo u Nigel Sultana. Patus kompla jkun evidenti fl-attakk tal-Athleta li rnexxielhom jiftħu vantaġġ ta’ tmien punti sa’ tmiem is-sessjoni fuq skor ta’ 60-52. Depiro fetħu l-aħħar taqsima bi trippla ta’ Andrew Aquilina u huma komplew bi break ta’ 7-2 biex reġgħu naqqsu d-distakk għal basket 64-62.. Athleta rkupraw u għamlu tmien punti mingħajr risposta minn Patus, Naudi u Omar Said biex marru 10 minn fuq. Depiro baqgħu jitħabtu permezz ta’ Morris, Vella u Bartolo biex baqgħu jersqu viċin iżda reġgħu sabu lil Patus u Schembri din id-darba minn fuq il-freethrow line biex Athleta rebħu l-partita 82-76.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 16, H. Soufian, D. Bugeja 7, C. Patus 36, O. Said 15, S. Pace 1, B. Bartolo, S. Bischoff, D. Ross, S. Schembri 7.

Pavi Depiro: R. Vella 11, B. Zammit, N. Sultana 8, T. Morris 24,  A. Aquilina 8, A. Portelli 4, S.P. Bartolo 11, A. Axiaq 4, E. Lupo 2, I. Tanti 4.

Referees: Bernard Vassallo, Clive Terribile, Emanuel Mangani.

Remax Siġġiewi Citadel 63

Floriana Royce 58

(14-13)(17-19)(15-15)(17-11)

Remax Siġġiewi Citadel pattew għat-telfa li ħadu fl-aħħar sekondi kontra Pavi Depiro ġimgħa ilhu meta fit-tieni ħarġa tagħhom fil-kampjonat għelbu lic-champions Foriana Royce 63-58. Siġġiewi dehru iktar determinati mill-avversarji u kull darba li kienu minn taħt żammew kalmi. Floriana bħalissa qiegħdin jiddependu wisq fuq il-klassi tal-Amerikan Derek Elston speċjalment fl-attakk fejn huwa għamel 39 punt mit-58 li kellhom f’din il-partita. Siġġiewi kienu mingħajr Chris Sammut, Clement Kodomaris u Marco Matijevic fil-waqt li Floriana kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom hekk kif Peter Shoults kien qiegħed jilgħab għall-ewwel darba kontra l-ex team tiegħu wara diversi snin. Floriana bdew bl-ewwel sitt punti tal-partita bi tlett baskets konsekutttivi ta’ Elston. L-ewwel risposta ta’ Siġġiewi waslet minn Ivo Hoeger u trippla ta’ Steve Sammut poġġiethom fuq quddiem għall-ewwel darba 9-7 fil-ħames minuta. L-istess player kompla bi three pointer ieħor flimkien ma’ basket ta’ Hoeger biex Siġġiewi marru 5 minn fuq 14-9 iżda c-champions kellhom il-baskets minn Elston u Dirk Schembri biex sa’ tmiem il-perjodu naqqsu d-distakk għal punt 13-14. Siġġiewi reġgħu fetħu tajjeb fit-tieni perjodu b’run oħra ta’ 8-2 b’sitt punti oħra ta’ Sammut fosthom trippla u basket ta’ Hoeger. Floriana wieġbu bil-punti ta’ Elson b’basket, żewġ trippli u freethrows flimkien ma’ three pointer ta’ David Camilleri f’run ta’ 10-2 biex fis-seba’ minuta ħadu vantaġġ 28-23. Hoeger u Louis Camilleri kisbu l-punti ta’ Siġġiewi però kienu Floriana li daħlu jistrieħu punt minn fuq 62-31.

Wara l-intervall Floriana bdew bi trippla oħra ta’ Elston però għal Siġġiewi bdew ġejjin il-punti ta’ Lee Ross flimkien ma’ trippla ta’ Alan Borg biex marru fuq quddiem 44-42. Shoults għamel trippla għal Floriana flimkien ma’ freethrows ta’ Elston biex ic-champions żammew il-vantaġġ ta’ punt 47-46. Fl-aħħar taqsima l-partita baqgħet missielta għal ħin twil. Siġġiewi marru minn fuq b’żewġ baskets ta’ Hoeger però immedjata kienet ir-risposta ta’ Elston b’basket u three pointer. Hawn Siġġiewi kellhom run deċisiva ta’ 8-0 b’żewġ three pointers oħra ta’ Sammut biex żewġ minuti mit-tmiem fetħu vantaġġ ta’ sitt punti 58-52. Floriana reġgħu wieġbu bil-punti ta’ Elston u Schembri iżda l-punti ta’ Sammut u Ross saħħew il-vantaġġ ta’ Siġġiewi li rebħu l-partita 63-58.

Remax Citadel Siġġiewi: C. Doublet, A. Debattista, S. Sammut 20, N. Falzon, L. Camilleri 2, A. Borg 3, L. Ross 15, J.P. Antoncic, I. Hoeger 23, M. Mallia.

Floriana Royce: O. Shamala, D. Elston 39, D. Camilleri 6, P. Shoults 5, S. Borg, C. Calleja, D. Schembri 6, S. Saakian 2, S. Dofai Salam ,D. Agius .

Referees: Cliver Terribile, Emanuel Mangani, Teemu Helenius.

Starlites 65

Bupa Luxol 84

(11-26)(12-17)(11-19)(31-22)

L-Amerikan Michael Myers Keitt reġa’ pprovda wirja verament tajba bi 42 punt fost l-oħrajn biex Bupa Luxol kisbu l-ewwel rebħa tal-kampjonat Bank Of Valletta fuq Starlites 84-65. Luxol kellhom wirja tajba fid-difiża speċjalment fuq Marco Todorovic li kien biss fl-aħħar minuta li rnexxielu jżid il-punteġġ personali tiegħu. Luxol bdew bl-ewwel seba’ punti tal-partita fl-ewwel żewġ minuti b’ħames punti bi trippla minn Nikola Vasovic u basket ta’ Myres Keitt. L-ewwel punti ta’ Starlites ġew minn trippla ta’ Robert Loporto u Robert Bonnici bil-Luxol iwieġbu permezz ta’ Vasovic u Adrian Micallef. Huma komplew b’run ta 10-2 bi tlett baskets ta’ Myres Keitt b’Loporto jwieġeb bi trippla għal Starlites. Luxol komplew b’ħames punti oħra qabel intemmet is-sessjoni biex kienu diġa fetħu vantaġġ ta’ 15 –il punt 26-11. It-tieni perjodu fetaħ b’basket fuq kull naħa, qabel ma Myres Keitt kellhu run ta’ 10-2. Todorovic għamel żewġ baskets għal Starlites bil-Luxol iwieġbu bi trippla ta’ CJ Cordina u fl-intervall Luxol kellhom vantaġġ ta’ 20 punt 43-23.

Wara l-mistrieħ kien hemm iktar bilanċ speċjalment fl-ewwel ħinijiet fejn Starlites kellhom sitt punti minn Bernard Soler, Todorovic u Bonnici fil-waqt li Micallef kellhu trippla għal Luxol. Luxol komplew bi break ieħor ta’ 10-2 bil-punti ta’ Myres Keitt u l-captain Marco Mercieca. Fl-aħħar minuti l-punti kienu maqsuma fuq iż-żewġ naħat biex Luxol temmew is-sessjoni 62-34 minn fuq. Luxol kabbru l-vantaġġ fl-aħħar sessjoni hekk kif Myres Keitt kellhu wkoll żewġ three pointers biex kompla jżid il-punteġġ tiegħhu. Starlites wieġbu permezz ta’ Graham Coleiro u Todorivic u trippla ta’ Jeremy Curmi però Luxol għamlu ħames punti oħra biex fetħu vantaġġ ta’ 30 punt 84-54. Fl-aħħar minuta u nofs, Starlites kellhom run ta’ 11-0 b’disa’ punti ta’ Todorivic u basket ta’ Coleiro biex ġabu l-iskor iktar rispetabbli u Bupa Luxol rebħu l-partita 84-65.

Starlites: M. Todorovic 24, R. Loporto 6, R. Bonnici 4, D. Massa, S. Bonnici 5, A. Cutajar, J. Curmi 5, M. Vassallo, G. Szokreny 6, B. Soler 5, G. Coleiro 8, A. Schembri 2.

Bupa Luxol: C.J. Cordina 3,  M. Mercieca 7, A. Micallef 9, A. Micallef Trigona 2, C. Cassar 2 ,J.P. Schembri 6, N. Vasovic 13, T. Paris, M. Myres Keitt 42, J. Willoughby, S. Capello.

Referees: Bernard Vassallo, Steve Gouder, Clive Terribile

Ritratti: Ħajr MBA: https://www.facebook.com/pages/Malta-Basketball-Association/113448038760683





3 Comments

  1. Michael Caruana says:

    Ghaziz Brimba – just got home after seeing Statlites pull off a stunning victory over Siggiewi.
    One win does not make a great coach – and I think today proves the problems Karl Borg has in coaching not just this team but any other team. Just follow his Facebook chats with his players and you realize that he is not made from coaching material. He is just one of the guys… That is not a coach. He needs to take a page out of the book of Joe Galea, John Tabone & Mario Tabone. 
    As to Starlites – boy are they a great team to watch!!! Ray is doing miracles. 
    They are defiantly the surprise of this season.
    Depiro game was also a nail biter.
    To all – this year we are seeing some fantastic ball being played!!!

    [Reply]

  2. joseph says:

    Pay attention cause Siggiewi are on track. They will give a game to everyone. Is there someone who want to say something on Siggiewi and their coach. They are defending as there are 12 Karl Borg in court. They are fighting for every ball like he use to do when he was playing . I never saw Marco Matjevic cheering his team mates like he did on Sunday, They are united, pay attention cause  he is doing a good job.Karl is preparing every detail. I have my doubt if they can beat only Athleta. 
    Athleta are a better team and with Omar said and Micheal Naudi in form, there is nothing to do for the other teams. I do not know what others think but it seems that other coaches let the team play for the Americans while Joe and Karl do the other way round. 

    [Reply]

  3. brimba says:

    Michael Caruana x’se tghid wara din ir-rebha? Ghadek tahsibha l-istess fuq is-Siggiewi u Karl Borg? GHADU JIDDISPJACIK??? LOL

    [Reply]

Leave a comment