Rekrutaġġ minn Sliema Wanderers Nursery

Wednesday, April 6, 2011, 19:32

minn Cristian Muscat

In-nursery ta’ Sliema Wanderers se tkun qed torganizza avveniment ta’ ġurnata biex tippromwovi l-futbol fil-komunita’. Se tkun qed titħejja ġurnata ta’ rekrutaġġ għal subien u bniet li jixtiequ jagħmlu karriera fil-futbol fejn dawn se jkunu mistiedna għal fun games u sessjonijiet individwali nhar is-Sibt li gej id-9 t’ April fil-11am fil-pjazza ta The Point ġewwa tas-Sliema.

Pitch tal-futbol qed jigi mħejji apposta f’ din il-pjazza ghal dan l-avveniment. Subien u bniet ta’ bejn l-4 u l-11 il sena huma invitati li jingħaqdu f’ dan id-divertiment u fl-aħħar mill-aħħar jara jekk jistghux jaghmlu karriera fil-futbol. Is-sessjonijiet u l-logħbiet ġew iddisinjati u se jkunu mmexxijja mis-Sur Leroy Moore li huwa koec kwalifikat fl-akkademja ta’ Leicester City fl-Ingilterra.

Is-Sur Leroy u l-head kowċ ta’ Sliema Wanderers se jkunu iktar minn disponibbli biex iwieġbu kull domanda tal-ġenituri rigward kif tiffunzjona n-nursery kif ukoll fuq programme ta’ żvilupp fil-futbol organizzati mill-istess nursery. Subien u bniet li juru potenzjal f’ din il-ġurnata se jigu offruti free trial man-nursery bl-age group rispettiv tat-tifel jew tifla partikolari sa tmiem l-istaġun.





Leave a comment