Rekord dinji fl-għawm

Thursday, June 2, 2011, 9:36

minn Catherine Micallef

Keith Bartolo magħruf aħjar bħala ċ-Choky, flimkien ma’  ħames għawwiema oħra mill-Ingilterra rnexxielhom iwaqqfu rekord dinji ġdid billi jkunu l-ewwel tim li jagħmel l-itwal relay f’lake ta’ ilma ħelu b’distanza totali ta’ 201.6km.   Filfatt b’kollox is-sitt għawwiema kellhom jaqsmu minn ponta sa ponta ta’  Llake Windermer għal 12- il darba u dan għamluh f’79 siegha 2 minuti u 32 sekonda .
 
Huma telqu mit-tramuntana ta’  Lake Windermer biex qasmu l-itwal għadira fl-Ingilterra.  It-temp ma kienx favorevoli filfatt it-temperatura tal-ilma kienet  medja ta’ 11 il-grad celcius filwaqt li bil-lejl niżlet sa 8 gradi.  Huma kienu qed jimxu mar-regoli u għalhekk ma setgħux jilbsu wetsuits.  Spiċċaw din ir-relay ilbierah u kien għalhekk li rnexxielhom jagħmlu rekord ġdid.





1 Comment

  1. oliver says:

    Well done Choc’s you have made us very proud 

    [Reply]

Leave a comment