Regatta:Kontinġent Malti se jieħu sehem fl-Italja

Saturday, October 10, 2015, 16:46

Gavin Muscat

Il-bieraħ il-kontinġent Malti li jinkludi grupp ta’ qaddiefa mill-Għaqda Regatta Nazzjonali marru l-Italja sabiex jieħdu sehem fir-Regatta Internazzjonali ‘Coppa Europa e Europa in Voga a Reno di Leggiuno’ li qed tkun organizzata f’Reno di Leggiuno, fi tmiem il-ġimgħa li ġej.

Il-kontinġent Malti, li kien innominat mill-Klabbs rispettivi tagħhom, huwa magħmul minn:

  • Antoine Brignone
  • Cleavon Falzon
  • Clifton Camilleri
  • Clyde Debattista
  • Damien Attard
  • Dennis Thornton
  • Dirk Attard
  • Dylan Portelli
  • Elton Azzopardi
  • Emerson Farrugia
  • Ericsen Lia
  • Eros Pavia
  • Francesco Paris
  • Glenn Brincat
  • Graham Attard
  • Jan Tanti
  • Juan Farrugia
  • Kieran Zammit
  • Marlon Vella
  • Maximilian Mamo
  • Melchior Farrugia
  • Nico Muscat
  • Tony Cachia
  • Wayne Xuereb

———————————————————————

Din hija l-ewwel darba li kontinġent kbir ta’ qaddiefa Maltin ser jieħdu sehem f’Regatta barra minn xtutna fejn it-teknika tal-qdif hija puttost simili għal dik Maltija.  Filfatt, f’din ir-regatta ser jkun hemm mhux biss tiġrijiet għal min jaqdef bħala irmiġġier u pruwir, imma wkoll tiġrijiet għal min jaqdef bil-wieqfa, parasija u poppiera.

Dan kollu seta’ jsir grazzi għall-ħidma li saret f’dawn l-aħħar xhur mill-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif ieħor u l-Federazione Italiana Canottaggio Sedile Fisso, li l-Viċi President tagħha kien Malta fir-Regatta ta’ Settembru.  Ringrazzjamenti jmorru lill-Kumitat Olimpiku Malti, lill-Kunsill Malti għall-Isport u kif ukoll is-Segretarjat immexxi mill-Onor Chris Agius tas-support li jagħtu lill-Għaqda.

Il-Kontinġent Malti

 





Leave a comment