Update: Regatta sfurzata u kollox jgħaddi

Friday, March 30, 2012, 8:00

minn Sandro Micallef

Għaddew sitt xhur mill-aħħar Regatta Nazzjonali li kienet saret f’Settembru tas-sena l-oħra u jgħolli idu issa dak li qed jaqra dan l-artiklu u sema’ b’xi ħaġa fuq ir-Regata f’dawn l-aħħar xhur. Jgħolli idu wkoll dak li sema’ b’xi inizjattiva mill-Gvern jew mill-KMS f’dawn l-aħħar xhur sabiex jiġi mgħejjun iktar dan l-Isport.

Hi xi ħaġa verament tad-daħk jew aħjar tal-biki li dan l-Isport donnu ħadt ma jrid jgħinu jiżviluppa. Ilni għal diversi snin nikteb sabiex jitranġaw l-affarijiet imma s-suġġerimenti tiegħi u ta’ nies li jħobbu dan l-Isport donnhom jaqgħu fuq widnejn torox. Xi sena ilu kien kiteb ittra fil-ġurnal Orizzont Kevin Agius b’sensiela ta’ proposti sabiex ir-Regatta terġa tieħu r-ruħ. Taf x’ġara minn dawn is-suġġerimenti: xejn !!

Niftakar li ilni nsegwi r-Regatta minn meta kelli erba’ snin meta missieri kien jeħodni l-Ponta tal-Isla u bqajt insegwi dan l-Isport tul is-snin anke meta bdejt naħdem bħala ġurnalist. B’wiċċi minn qudiem ngħid li r-Regatta huwa t-tielet sports l-iktar sport favur tiegħi wara l-futbol u l-waterpolo, imma għal kuntrarju taż-żewġ sport l-oħra r-Regatta qed tmut jew aħjar diġa mietet.

It-transizjoni tal-organizazzjoni mill-Kunsill Malti Arti u Kultuta għal għand il-Kunsill Malti għall-Isport ġabet bidleit kosmetiċi biss fejn kellna bdil tal-kuntrattur li jieħu ħsieb is-sound, xi tinda jew tnejn biex nuru l-cameras tat-TV li aħna organizzati, l-inkulużjoni tal-logo tal-KMS fuq il-boards ta’ wara l-preżentazzjoni, żieda fil-flus  fil-palijiet u xi Margerith Mercieca (Direttur KMS) tagħajjat minn fuq il-micraphone qiesna qedgħin fuq il-Monti.

Illum siagħat biss edizzjoni ta’ Regatta oħra nittama li għada naraw l-affarijiet iktar organizzati. Nisperaw li dan li ġie imwiegħed fil-Konferenza Stampa jkun miżmum u attwat.

Is-Suġġerimenti tiegħi għal futur:

1. L-organizazzjoni tar-Regatta trid tingħata lill-kuntrattur privat u jagħmilha kummerċjalment vijabbli

2. Ma jistax ikun hemm cruise liners fil-Port dak inhar tar-Regatti Nazzjonali dawn itellfu l-viżibilita tal-pubbliku

3. Is-Segretarju Parlamentari u /jew Ministru li taħtu taqa’ r-Regatta għandu/a jerġa’ / terġa titfaċċa / jitfaċċa għall-preżentazzjoni tax-shields

4. L-ebda qaddief u jew membru tal-kumitat m’għandu jitħalla jaqdef fl-aħħar ħinijiet jekk ma jkunx fil-lista tar-reserves

5. Għadu jkun assigurat li min hu fil-lista tar-reserves hu verament qaddief u mhux membru tal-kumitat biex iwassal id-dagħjsa għas-sussdiju

6. Irid isir investiment ta’ tluq mekannizat jew elettroniku f’ras il-Ħanżir u ma nibqgġux nitilqu biċ-ċima. Proġett li jista jkun propost lill-istudenti tal-MCAST li qed jistudjaw it-teknoloġija

7. Għandu jsir esperiment li min għandu ekwipaġġ biżejjed u dagħajjes biżejjeb tidaħħal it-tieni dagħajsa fil-kategorija B ta’ kull Club

8. Min ma jtemmex it-tiġrija minuta wara dak jkun daħal l-ewwel ma jieħux is-sussidju ta’ dik it-tiġrija u għandu jkun hemm multi ta’€100 jekk Club ma jitfaċċax fl-istart wara li jkun ikommetta ruħu li se jipparteċipa f’tiġrija.

9. Għandu jkun hemm speaker / compare li jifhem fir-Regatta u jifhem ir-regolamenti li jikkumenta u jispjega dak li jkun qed jiġri madraw il-Port permezz ta’ speakers (trombi) max-xatt u L-Isla

10. Għandha ssir sejħa ta’ applikazzjoni pubblika għal Judges u l-KMS ma jibqax jiddentifika hu mal-Għaqda Regatta Nazzjonali individwi li jagħmluha ta’ Judges

11. L-Għaqda Regatta Nazzjonali trid tkun iktar movimentata u attiva matul is-sema billi tibgħat Press Releases lil-Media xi jkun qed jiġri u l-andament tat-taħriġ tal-Clubs. l-Għaqda għanda jkollha website u face book attiv/i

12. Kull Club għandu jkollu kit uffiċjali u ebda qaddief ma jitħalla jaqdef jekk mhux bil-kit komplut

13. L-użin irid isir iktar malajr

14. Il-Media trid tidħol tibda titħalla tara l-photo finish

15. Ir-regatta trid terġa’ tibda tintwera live fuq l-istazzjon Nazzjonali hekk kif inhu obbligat jagħmel (skond il-list of Major Importance tal-Broadcasting Authority)

16. Il-KMS irid jibda jitkellem fuq ir-Regatta fil-media tal-inqas xhar qabel kull edizzjoni mhux biss siagħat qabel





5 Comments

  1. renald farrugua says:

    hemm bzonn li jtiru l-irjus kemm mill-kms u anke mil-ghaqda regatta .ma nistax nifem kif jibqa l-istess segretarju sena wara sena u kulhadd jaqlalu minn wara

    [Reply]

  2. max ffrendo says:

    Il-port i-kbir ghandu valur storika ir-regatta wkoll naqbel ma dak li qal sandro naqbel mieghu imma taz-zewg opri fil-bahar perkoluza, ma nafx x’jahsbu l-qaddiefa ? forza kalkara il-kulur ahdar jiddomina

    [Reply]

  3. conrad attard says:

    forza bormla come on blues ejja ha nollu x-xield ghada

    [Reply]

  4. anton bugeja says:

    din ir-regatta ahjar baqet taht anton miceli aliex dawn biex jidru biss u biex jippuzaw ar ritratti qedin

    [Reply]

  5. harry falzon says:

    ma nistax nifem alfejn ir-regatta kukhadd joboda nazzjonalista u laburisti, fi zmien il-labor fi zmien mintoff sabiha kienent imma warjah giet apatija kbira

    [Reply]

Leave a comment