- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Il-Marsa u l-Isla indaqs bil-punti u jirbħu x-Shield tal-Open bejniethom

Posted By Sportinmalta On March 31, 2012 @ 12:31 pm In Featured,Regatta | 5 Comments

minn Sandro Micallef

L-Isla rebħu x-Shield ta’ Jum il-Ħelsien għall-għaxar darba sa min meta din l-edizzjoni bdiet tkun organizzata mill-1979 iżda din id-darba kellhom jikkuntentaw ruħhom li jiċċelebraw mal-Marsa li magħhom spiċċaw l-ewwel fil-klassifika finali bi 58 punt. Din kienet id-disa’ darba tal-Marsa li reb]u din ix-Shield.

Fir-Regatta kemm tal-Vitorja u anke tal-Ħelsien mhux l-ewwel darba li x-Shield tal-klassifika Open u anke tal-B tispiċċa tintrebaħ minn żewġ Clubs.

Issa iż-żewġ Clubs iżommu x-Shield storika għal sitt xhur kull wieħed. L-ewwel sitt xhur ix-Shield se tmur fil-Club tal-Marsa għaliex rebħu l-iktar paljijiet tal-ewwel.

Din kienet mhux biss waħda mill-aħjar edizzjonijiet f’dak li għandu x’jaqsam antagoniżmu iżda kienet waħda wkoll ta min ifaħħarha mil-lat organizattiv.

Wara kritika minn naħa tiegħi fil-passat u anke f’dawn l-aħħar jiem illum irid nistqarr li r-Regatta kellha organizazzjoni kważi perfetta għall-anqas minn dak li rajt jien mill-art ħdejn id-Dwana. Ovvjament dejjem ikun hemm minn jikkritika fosthom il-Clubs u anke l-qaddiefa. Kien hemm minn ipprotesta għaliex il-Judges ma’ jifhmux biżejjed u min jikkritika l-metodu tat-tluq. Insomma jidher imma kollox ma kollox li l-KMS beda sa fl-aħħar it-triq sabiex jagħmel ir-Regatta iktar popolari kif kienet fil-passat. Deher biċ-ċar li kien hemm iktar ħidma minn ħafna qabel meta kkumparat mal-aħħar żewġ edizzjonijiet.

Prosit lill-Marsa u lill-Isla tal-unuri f’din it-33 edizzjoni.

TVM se jkun qed ixandar programm speċjali it-Tlieta li ġej fis-6.30pm fuq TVM2.

Filmti minn fuq youtube:

http://www.youtube.com/watch?v=czse74f456A&list=UUTlr6VMHcmVGBYsi478uOFg&index=1&feature=plcp

http://www.youtube.com/watch?v=J9BdyaBEPz4&list=UUTlr6VMHcmVGBYsi478uOFg&index=3&feature=plcp

http://www.youtube.com/watch?v=PtdK22hK6pg&feature=autoplay&list=UUTlr6VMHcmVGBYsi478uOFg&lf=plcp&playnext=1

 

Klassifika Finali Open:

Marsa 58 punt, Isla 58 punt, Bormla 56 punt

Klassifika Finali Kategorija B:

Isla 68 punt, Kalkara 32 punt, Birgu 30 punt, Bormla 20 punt, Marsa 18 -il punt, Marsamxett 4 punti

Iktar ritratti : http://www.sportinmalta.com/regatta-jum-il-helsien-in-pictures/

 

Tiġrija Nru 1: Kategorija B – Dgħajjes Ċ tal-Pass b’Żewġ Imqadef

L-Ewwel Bormla 20 punt (Sven Refalo u Clyde Cutajar) Ħin 5.38min

It-Tieni Isla 12 -il punt, It-Tielet Birgu 6 punti

Tiġrija Nru 2: Kategorija Open – Dgħajjes A tal-Midalji

L-Ewwel l-Isla 20 punt (Ryhs Fiteni, Jan Tanti, Clayton Darmanin u Donald Gilford) Ħin 4.21min

It-Tieni Bormla 12 -il punt, it-Tielet Marsa 6 punti.

Tiġrija Nru 3: Kategorija B – Kajjikki

L-Ewwel Marsa 12 -ilpunt (Jesmael Caruana u Nathaniel Caruana) Ħin 8.10min

It-Tieni Kalkara 8 punti, it-Tielet Birgu 4 punti

Tiġrija Nru 4: Kategorija Open – Frejgatini

L-Ewwel Bormla 12 -il punt (George Frendo, Redent Cassat u Nikolas Paris tmunier) Ħin 6.35min

It-Tieni l-Isla 8 punti, it-Tielet Marsa 4 punti

Tiġrija Nru 5: Kategorija B – Tal-Midalji

L-Ewwel Isla 20 punt (Joseph Flask, Jan Tanti, Charles Gauci, Christian Aquilina) Ħin4.40min

It-Tieni Birgu 12 -il punt, it-Tielet Marsa 6 punti

Tiġrija Nru 6: Kategorija Open – Dgħajjes Ċ tal-Pass b’Żewġt Imqadef

L-Ewwel Marsa 20 punt (Denis Thorton u Clive Casha) Ħin 5.27min

It-Tieni Bormla 12 –il punt, It-Tielet l-Isla 6 punti

Tiġrija Nru 7: Kategorija B – Frejgatini

L-Ewwel Isla 12 -il punt (Glenn Brincat, Reuter Degiorgio u Kelly Brincat tmunier) Ħin 6.37min

It-Tieni Kalkara 8 punti, it-Tielet Marsaxmett 4 punti

Tiġrija Nru 8: Kategorija Open – Kajjikki

L-Ewwel Bormla 12 -il punt (Charlton Abela u Maximilion Mamo) Ħin 6.05min

It-Tieni Isla 8 punti , it-Tielet Marsa 4 punti

Tiġrija Nru 9: Kategorija B – Dgħajjes B Tal-Pass b’Erba’ imqadef

L-Ewwel Isla 24 punt (Joseph Flask, Jan Tanti, Charles Gauci, Christian Aquilina) Ħin 5.15min

It-Tieni Kalkara 16 -il punt, it-Tielet Birgu 8 punti

Tiġrija Nru 10: Kategorija Open – Dgħajjes C tal-Pass b’Erba’ Imqadef

L-Ewwel Marsa 24 punt (Clifton Camilleri, Jurgen Camilleri, Denis Thorton, Clive Casha) Ħin5.04min

It-Tieni l-Isla 16 -il punt, it-Tielet Bormla 8 punti

 

X’ġara sa issa:

Ġurnata sabiħa hawn fil-Port il-Kbir

L-ewwel tiġrija bdiet ftit tard imma xejn grave meta kkumparat mal-edizzjonijiet passati.

L-organizazzjoni tidher aħjar din is-sena

Cruise Liner wieħed trakkar max-xatt tal-Belt imma mux qed itellef ħafna il-viżibilita’ tal-korsa

Il-Ponta tal-Isla bħas-soltu ppakjata bin-nies Sengleani

Bormla jirbħu l-ewwel tiġrija ta’ bi Tnejn tal-B

L-Isla jirbħu l-ewwel tiġrija tal-Midalji open, u wara l-Birgu jipprotestaw għaliex skond huma l-Isla telqu qabel

Marcon Bezzina Judoka Maltija tippreżenta l-paljijiet u t-Tazzi tar-rebbieħa tal-Midalji

Il-Marsa jirbħu t-tiġrija tal-kajjiki B

Diane Borg atleta champion tal-100 metru u aspiranti parteċipa għal-Londra 2012 tippreżenta l-paljijiet u t-Tazzi lir-rebbieħa.

Bormla jirbħu b’nofs dgħajsa it-tiġrija tal-Frejgatini Open minn fuq l-Isla.

Aaron Ciantar jippreżenta l-paljijiet u t-Tazzi lir-rebbieħa

L-Isla jirbħu tal-Midalji tal-B

Titlaq minn mal-moll ta’ bi tnejn ta’ Bormla sabiex tmur fl-Istast fost ħafna għajjat ta’ inkoraġġiment tal-partitarji Bormliżi

Dalwaqt tibda tiġrija Nru 6 ta’ bi tnejn Open

Thorton għadu hemm jieħu l-ewwel mal-Marsa f’ta’ bi tnejn

Tinqata’ ċima numru 1 u titranġa wara ftit ħin

L-Isla jirbħu l-Frejgatina B

Nathan Farrugia jippreżenta l-paljijiet u t-Tazzi lir-rebbieħa

Charlton Abela u ż-żagħżugħ Maximilion Mamo jirbħu l-kajikk Open, jgħelbu lil koppja Gilford u Zammit tal-Isla

Ferħ kbir fost il-partitarji Bormliżi

L-Isla jirbħu x-Shield tal-B

Marsa jippruvaw jipprotestaw wara dan ir-riżultat imma jagħlqu l-ħames minuti u l-protest ma jiġiex aċettat

Il-Marsa tidħoll-ewwel f’ta b’4 u tirbaħ ix-Shield mal-Isla li daħlu t-tieni, jispiċċaw bi 58 punt kull wieħed

Il-Marsa se tieħu x-Shield għall-ewwel sitt xhur hekk kif rebħu iktar paljijijiet tad-dgħajjes il-kbar.

Issir il-preżentazzjoni mill-Assistent Parlamentari Stephen Spiteri.

Kollox spiċċa f’ħin raġonevoli fejn sas-6pm kien kollox lest

 

 

 

 

 

 


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/regatta-live-updates-mis-1-30pm/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.