Il-Marsa u l-Isla indaqs bil-punti u jirbħu x-Shield tal-Open bejniethom
Saturday, March 31, 2012, 12:31minn Sandro Micallef
L-Isla rebħu x-Shield ta’ Jum il-Ħelsien għall-għaxar darba sa min meta din l-edizzjoni bdiet tkun organizzata mill-1979 iżda din id-darba kellhom jikkuntentaw ruħhom li jiċċelebraw mal-Marsa li magħhom spiċċaw l-ewwel fil-klassifika finali bi 58 punt. Din kienet id-disa’ darba tal-Marsa li reb]u din ix-Shield.
Fir-Regatta kemm tal-Vitorja u anke tal-Ħelsien mhux l-ewwel darba li x-Shield tal-klassifika Open u anke tal-B tispiċċa tintrebaħ minn żewġ Clubs.
Issa iż-żewġ Clubs iżommu x-Shield storika għal sitt xhur kull wieħed. L-ewwel sitt xhur ix-Shield se tmur fil-Club tal-Marsa għaliex rebħu l-iktar paljijiet tal-ewwel.
Din kienet mhux biss waħda mill-aħjar edizzjonijiet f’dak li għandu x’jaqsam antagoniżmu iżda kienet waħda wkoll ta min ifaħħarha mil-lat organizattiv.
Wara kritika minn naħa tiegħi fil-passat u anke f’dawn l-aħħar jiem illum irid nistqarr li r-Regatta kellha organizazzjoni kważi perfetta għall-anqas minn dak li rajt jien mill-art ħdejn id-Dwana. Ovvjament dejjem ikun hemm minn jikkritika fosthom il-Clubs u anke l-qaddiefa. Kien hemm minn ipprotesta għaliex il-Judges ma’ jifhmux biżejjed u min jikkritika l-metodu tat-tluq. Insomma jidher imma kollox ma kollox li l-KMS beda sa fl-aħħar it-triq sabiex jagħmel ir-Regatta iktar popolari kif kienet fil-passat. Deher biċ-ċar li kien hemm iktar ħidma minn ħafna qabel meta kkumparat mal-aħħar żewġ edizzjonijiet.
Prosit lill-Marsa u lill-Isla tal-unuri f’din it-33 edizzjoni.
TVM se jkun qed ixandar programm speċjali it-Tlieta li ġej fis-6.30pm fuq TVM2.
Filmti minn fuq youtube:
http://www.youtube.com/watch?v=czse74f456A&list=UUTlr6VMHcmVGBYsi478uOFg&index=1&feature=plcp
http://www.youtube.com/watch?v=J9BdyaBEPz4&list=UUTlr6VMHcmVGBYsi478uOFg&index=3&feature=plcp
Klassifika Finali Open:
Marsa 58 punt, Isla 58 punt, Bormla 56 punt
Klassifika Finali Kategorija B:
Isla 68 punt, Kalkara 32 punt, Birgu 30 punt, Bormla 20 punt, Marsa 18 -il punt, Marsamxett 4 punti
Iktar ritratti : http://www.sportinmalta.com/regatta-jum-il-helsien-in-pictures/
Tiġrija Nru 1: Kategorija B – Dgħajjes Ċ tal-Pass b’Żewġ Imqadef
L-Ewwel Bormla 20 punt (Sven Refalo u Clyde Cutajar) Ħin 5.38min
It-Tieni Isla 12 -il punt, It-Tielet Birgu 6 punti
Tiġrija Nru 2: Kategorija Open – Dgħajjes A tal-Midalji
L-Ewwel l-Isla 20 punt (Ryhs Fiteni, Jan Tanti, Clayton Darmanin u Donald Gilford) Ħin 4.21min
It-Tieni Bormla 12 -il punt, it-Tielet Marsa 6 punti.
Tiġrija Nru 3: Kategorija B – Kajjikki
L-Ewwel Marsa 12 -ilpunt (Jesmael Caruana u Nathaniel Caruana) Ħin 8.10min
It-Tieni Kalkara 8 punti, it-Tielet Birgu 4 punti
Tiġrija Nru 4: Kategorija Open – Frejgatini
L-Ewwel Bormla 12 -il punt (George Frendo, Redent Cassat u Nikolas Paris tmunier) Ħin 6.35min
It-Tieni l-Isla 8 punti, it-Tielet Marsa 4 punti
Tiġrija Nru 5: Kategorija B – Tal-Midalji
L-Ewwel Isla 20 punt (Joseph Flask, Jan Tanti, Charles Gauci, Christian Aquilina) Ħin4.40min
It-Tieni Birgu 12 -il punt, it-Tielet Marsa 6 punti
Tiġrija Nru 6: Kategorija Open – Dgħajjes Ċ tal-Pass b’Żewġt Imqadef
L-Ewwel Marsa 20 punt (Denis Thorton u Clive Casha) Ħin 5.27min
It-Tieni Bormla 12 –il punt, It-Tielet l-Isla 6 punti
Tiġrija Nru 7: Kategorija B – Frejgatini
L-Ewwel Isla 12 -il punt (Glenn Brincat, Reuter Degiorgio u Kelly Brincat tmunier) Ħin 6.37min
It-Tieni Kalkara 8 punti, it-Tielet Marsaxmett 4 punti
Tiġrija Nru 8: Kategorija Open – Kajjikki
L-Ewwel Bormla 12 -il punt (Charlton Abela u Maximilion Mamo) Ħin 6.05min
It-Tieni Isla 8 punti , it-Tielet Marsa 4 punti
Tiġrija Nru 9: Kategorija B – Dgħajjes B Tal-Pass b’Erba’ imqadef
L-Ewwel Isla 24 punt (Joseph Flask, Jan Tanti, Charles Gauci, Christian Aquilina) Ħin 5.15min
It-Tieni Kalkara 16 -il punt, it-Tielet Birgu 8 punti
Tiġrija Nru 10: Kategorija Open – Dgħajjes C tal-Pass b’Erba’ Imqadef
L-Ewwel Marsa 24 punt (Clifton Camilleri, Jurgen Camilleri, Denis Thorton, Clive Casha) Ħin5.04min
It-Tieni l-Isla 16 -il punt, it-Tielet Bormla 8 punti
X’ġara sa issa:
Ġurnata sabiħa hawn fil-Port il-Kbir
L-ewwel tiġrija bdiet ftit tard imma xejn grave meta kkumparat mal-edizzjonijiet passati.
L-organizazzjoni tidher aħjar din is-sena
Cruise Liner wieħed trakkar max-xatt tal-Belt imma mux qed itellef ħafna il-viżibilita’ tal-korsa
Il-Ponta tal-Isla bħas-soltu ppakjata bin-nies Sengleani
Bormla jirbħu l-ewwel tiġrija ta’ bi Tnejn tal-B
L-Isla jirbħu l-ewwel tiġrija tal-Midalji open, u wara l-Birgu jipprotestaw għaliex skond huma l-Isla telqu qabel
Marcon Bezzina Judoka Maltija tippreżenta l-paljijiet u t-Tazzi tar-rebbieħa tal-Midalji
Il-Marsa jirbħu t-tiġrija tal-kajjiki B
Diane Borg atleta champion tal-100 metru u aspiranti parteċipa għal-Londra 2012 tippreżenta l-paljijiet u t-Tazzi lir-rebbieħa.
Bormla jirbħu b’nofs dgħajsa it-tiġrija tal-Frejgatini Open minn fuq l-Isla.
Aaron Ciantar jippreżenta l-paljijiet u t-Tazzi lir-rebbieħa
L-Isla jirbħu tal-Midalji tal-B
Titlaq minn mal-moll ta’ bi tnejn ta’ Bormla sabiex tmur fl-Istast fost ħafna għajjat ta’ inkoraġġiment tal-partitarji Bormliżi
Dalwaqt tibda tiġrija Nru 6 ta’ bi tnejn Open
Thorton għadu hemm jieħu l-ewwel mal-Marsa f’ta’ bi tnejn
Tinqata’ ċima numru 1 u titranġa wara ftit ħin
L-Isla jirbħu l-Frejgatina B
Nathan Farrugia jippreżenta l-paljijiet u t-Tazzi lir-rebbieħa
Charlton Abela u ż-żagħżugħ Maximilion Mamo jirbħu l-kajikk Open, jgħelbu lil koppja Gilford u Zammit tal-Isla
Ferħ kbir fost il-partitarji Bormliżi
L-Isla jirbħu x-Shield tal-B
Marsa jippruvaw jipprotestaw wara dan ir-riżultat imma jagħlqu l-ħames minuti u l-protest ma jiġiex aċettat
Il-Marsa tidħoll-ewwel f’ta b’4 u tirbaħ ix-Shield mal-Isla li daħlu t-tieni, jispiċċaw bi 58 punt kull wieħed
Il-Marsa se tieħu x-Shield għall-ewwel sitt xhur hekk kif rebħu iktar paljijijiet tad-dgħajjes il-kbar.
Issir il-preżentazzjoni mill-Assistent Parlamentari Stephen Spiteri.
Kollox spiċċa f’ħin raġonevoli fejn sas-6pm kien kollox lest

nixtiiq naghmel xi osservazjonijiet fuq dak li intqal f dan l-artiklu kif ukoll fuq l edizzjoni ta din is-sena tal 31 ta Marzu.
Qabel xejn jekk mhux sejjer zball cruise liners tnejn kien hemm u mhux wiehed. Iva il vizibilita telfet xi ftit u mhux le , specjalment lis supporters Marsin li ipoggu iktar il gewwa lil hem mid dwana.
Prosit li fl ahhar zdidu il loudspeakers, jew ahjar avvanzawhom iktar lil gewwa mid dwana , ghalkemm setgha tbaxxa is sound tal muzika f certu hinijiet. Li stennejt iktar frekwenti kien l aggornament tal puntegg taz zewg kategorijiet kull tant hin u mhux inhallu lil nies prezenti jikkalkulaw huma il punti .
Haga ohra li ma tantx impresjonatni kienet l isportivi li intaghzlu biex jipprezentaw il paljijiet. Dan ghal fatt li iktar kont nippreferi ex qaddiefa irtirati u anzjani jekk kien possibli , biex jaghmlu dan.
Haga ohra li nixtieq insemmi hija rigward judges kif ukoll il prezentatur/kummentatur. Veru li mhux facli issib judges u kummentari addattata ghal dan l isports biss, imma ta l inqas l iktar haga semplici setghet giet irrangata bhal meta id dghajjes ikunu waslu kwazi nofs triq (sad dock 6), u tisma il kummentatur jghid ‘hekku ghadom kif telghu id dghajjes issa’. Jghaqbdek id dahh. jew ahjar dghajsa tkun cara qedha fil hames jew is sitt post u l istesss kummentatur jibqa jirrepeti li qedha fl ewwel post.
Nahseb anke il min inpoggu f kumitati organizzattivi ghandna noqghodu iktar attenti. Dawn fl opinjoni tieghi ghandhom ikunu nies ta esperjenza f dan il mistier u mhux jintghazlu skond il grazzja.
[Reply]
em bzonn nihdu aktar il hin b serjeta ax ma jistax ikun li il kajjik tal b ta l ewwel post igib hin ta 8:10 , lanqas jista ikun li il frejgatini igibu hin ahjar mill kajjik , u dawn l izbalji graw ukoll fil passat
[Reply]
grazzi lil kumitat tal-isla kif ukoll lil qaddiefa kollha taz-zewg kategoriji ghal-unuri li gabu gewwa il-belt taghhna. grazzi lilkom ghax dejjem qed tatunha pjacir
[Reply]
min meta l hawn iqasmu l paljijiet l atleti ejja nkunu fair u giebu nies jifhmu mhux dejjem b xi haga fit tluq
[Reply]
bormla fl ewwel post b ta bi 2 seven refalo u clive cutajar
[Reply]