Regatta: L-Isla opponew li jerġa’ jiddaħħal regolament kruċjali

Tuesday, September 6, 2011, 9:09

minn Sandro Micallef

Ir-Regolament 2.10 tar-Regatta Tradizzjoni ġab miegħu kontroversja liema bħala f’dawn l-aħħar ġimgħat hekk kif għal xi raġuni jew oħra dan ġie eliminat mir-regolamenti li ġew emendati mill-KMS kemm ilhom dawn li ħadu f’idejhom l-organizazzjoni tar-Regatta sentejn ilu.

F’konferenza stampa organizzata illum f’xemx tiżreġ fil-ħin ta’ nofsinhar taħt suppost tinda żgħira (ħa ttir u ma ttirx) il-KMS – Kunsill Malti għall-Isport laqqa’ lill-ġurnalisti lokali sabiex jagħti dettalji dwar l-organizazzjoni tar-Regatta ta’ Jum il-Vitorja ta’ din is-sena nhar il-Ħamis 8 ta’ Settembru 2011.

Il-ħsieb prinċipali kien sabiex il-KMS iħabbar li l-korsa tat-tiġrija inbidlet xi ftit sabiex jiġi ffaċilitat il-pubbliku sabiex jara iktar il-linja finali.

Dettalji oħra dwar il-burokrazija interna bejn il-Clubs u l-Għaqda Regatta Nazzjonali u l-problema dwar ir-regolamenti ħarġu biss fil-beraħ wara l-mistoqsijiet tal-ġurnalisti fosthom ta’ dan is-sit.

Saħansitra il-fatt li l-KMS u l-Clubs ilhom għaddejja battalja madwar il-mejda dwar regolament partikolari ħareġ fil-beraħ biss wara mistoqsija ta’ dan is-sit, għaliex żgur il-KMS ma kienx se jagħti dettalji dwar dak li ġara.

Jidher li fil-ġimgħat li għaddew xi Clubs indunaw li regolament 2.10 (li jispeċifika li l-Water Judge għandu l-awtorita’ li jiskwalifika dgħajsa jekk din tissejjaħ sabiex tiftaħ u ma tibqax tissikka tlett darbiet) tneħħa mir-regolamenti l-ġodda.

Skond iċ-Chairman tal-KMS Bernard Vassallo dan tneħħa żgur b’xi żvista għaliex dan hu regolament li ilu jeżisti għal ħafna snin fir-Regatta.

Tant hu hekk li kemm ilha li ħadet l-organizazzjoni f’idha l-KMS il-Water Judges kemm-il darba attwaw dan ir-regolament.

Jidher li l-Club tal-Isla kien l-uniku Club li ma qabilx lid an ir-regolament jerġa’ jiġi introdott bil-miktub u b’hekk jerġgħu ikunu emendati r-regolamenti tar-Regatta Nazzjonali.

Margareth Marcieca li għal dawn l-aħħar zewġ Regatti kienet responsabbli b’dak kollu li jiġri kemm qabel u waqt ir-Regatta qalet li l-KMS b’mod demokratiku sejjaħ għall-vot sigriet għaliex ma kienx hemm kunsens bejn is-seba’ Clubs parteċipanti.

Minn informazzjoni li għandu dan is-sit jidher li l-Clubs kollha qablu li jerġa’ jidħol dan ir-regolament minbarra l-Isla.

B’konsegwenza ta’ l-introduzzjoni mill-ġdid ta’ dan ir-regolament  iċ-Chief Judge Bertie Muscat li ilu għal snin twal imexxi l-ġurija tar-Regatta jista’ ma jitfaċċax nhar il-Ħamis minħabba li hu magħruf li hu kien favur li kollox jibqa’ kif inhu u dan ir-regolament ma jkunx attwat u jidher li ħa għalih.

Mercieca spjegat lil -pubbliku li jixtieq jara r-Regatta minn naħa tal-Belt jista’ jagħmel dan mid-dħul f’Pinto Wharf Gate 4 u 5.

Hi tenniet li għal sena oħra se jkun hemm testijiet għad-doping u awgurat u appellat li l-avveniment ikun wieħed sportiv u jkun hemm koperazzjoni mill-Clubs kollha u fuq kollox tkun Regatta kalma.

Jidher li sa fl-aħħar il-KMS se jorganizza bar uffiċjali sabiex dawk  li jqattgħu ħames sigħat fix-xemx ikunu jistgħu jixorbu jew jieklu xi ħaġa.

Skond Mercieca il-Clubs kollha (jiġifieri 7) se jkunu qegħdin jipparteċipaw kollha kemm huma fit-tiġrijiet kollha kemm tal-Kategorija A u dik B, liema dikjarazzjoni kienet għamlitha wkoll qabel ir-Regatti riċenti iżda qatt ma kien il-każ. Kif ġara dejjem u kif probabilmenti jiġri wkoll nhar il-Ħamis se jkun hemm Clubs li taparsi weġġgħalhom qaddief jew jivvintaw skuża sabiex ma jmorrux jipparteċipaw f’xi tiġrijiet. Din hi xi ħaġa li l-KMS irid jindirizza minnufih għaliex mhix serjeta’ minn naħa tal-Clubs.

Mistoqsi jekk hux kuntent dwar kif qed tkun organizzata ir-Regatta Bernard Vasallo qal li jixtieq jara iktar nies imma t-tragwardi jintlaħqu gradwalment skond hu.

L-Għaqda Regatta favur l-użu tat-teknoloġija

Tkellem ukoll Tony Caruana Segretarju tal-Għaqda Regatta Nazzjonali li qal li l-Clubs iħarsu ‘l quddiem għall-eventwalita’ tal-introduzzjoni ta’ sistema ta’ filming minn fuq id-dgħajjes tal-ġurija għall-iktar kontroll u dixxiplina meta qaddiefa jagħaffsu u jissikkaw lil xulxin fil-kanal.

Meta mistoqsi dwar l-awtonomija tal-Għaqda Regatta Nazzjonali u dwar kemm hi indipendenti mill-Clubs hu qal li jekk xi darba l-Għaqda trid tiġi b’Eżekuttiv kollu indipendenti mill-Clubs sta għall-istess Clubs li jressqu din il-proposta. Bħalissa l-Għaqda hi mmexxija minn uffiċjali indipendenti bħal President, Segretarju u kaxxier imma l-membri huma jew Team Managers jew Presidenti jew Segretarji tal-Clubs rispettivi.

Dwar il-Judges Caruana ammetta li vera fil-passat ġew ingaġġati Judges ma kienux jifhmu fil-baħar u fit-tiġrijiet tal-opri u li kienu ġew bħala Judges għar-Regatta imma skond hu dawn issa tgħallmu u ħadu l-esperjenza.

Ir-Regatta ta’ Jum il-Vitorja se tkun organizzata fil-Port il-Kbir u tibda fis-1pm.





9 Comments

  1. Foreverblue says:

    ghaliex qed jinkwitaw tal-isla ? jekk huma l ahjar  u  ma jaddihom hadd ?
    xej mhi togobni l haga
    forza bormla

    [Reply]

    sengelan Reply:

    giex afarijiet et tajbin in nick li ghgamilt aw (foreverblue0 vera gahx blue ha tibqu bit tkaxkir u li ma jadina had :P

    [Reply]

  2. Johann Cini says:

    f daqqa wahda regoli ma naqblux maghhom, jaqaw qed ixxommu xi haga?

    [Reply]

    stephen Reply:

    suppost l-isla bil-kru li ghandhom misshom lanqas biss ghaddielhom min rashom li jivvutaw kontra. Ejja nghidu li l-Isla jergghu jiehdu kollox l-ewwel,dan ikun ifisser li d-daghjjes taghhom mal-hrug ikunu qed jitqacctu mill-ilma!!!! allura la jkollok daqshekk vantagg fuq l-ohrajn ghalfejn tivvota kontra????? Ghalihom bhala l-aktar distrett favorit dan ir-regolament suppost pjacir jaghmillhom!!!!! Ghax min ikun l-aqwa jkollu x’jitlef hux li ma jmurx isakkarhom xi hadd!!! u halluna!! ir-regoli qieghdin hemm ghal kulhadd u xejn aktar. dan qisu fil-futbol tnehhi l offside lolll!! J’alla min hu L-AQWA BISS JIRBAH. AWGURI lill-kulhadd ghal ghada w il-festa t-tajba lis-senglejani kollha.

    [Reply]

  3. Johann Cini says:

    ifimni hawn min jghid ir-regoli qeghdin hemm biex jinkisru, imma ghal Isla regoli qeghdin hemm biex ‘bi zvista’ jitnehhew, kont nahseb il Vittoriosa Stars hallelin, imma ghandom kumpannija tajba mil ISla regatta

    [Reply]

  4. kevin says:

    sur vince ! taf kemm bormla ilha ma terbah protest ,,, u ta’ -under 18 kien wiehed mill protesti li kellna ragun u hadnih bhal ma hadu distrett ohra . biss kellna iktar protesti li kellna ragun u ma hadnihomx. Barra min hekk dan ir-regolament int ma fhimtux ghax mhux protest li jsir wara it tigrija imma dan huwa regolament li jekk dajsa ma tobdix lil judge ghal 3 darbiet waqt it-tigrija din tigi skwalifikata waqt it tigrija stess. x qed ihasseb hazin lilkom? ghax forsi il protesti fuq il mejda ikollkom iktar cans iddawruhom kif tridu intom? 6 distretti favur ghala isla le? fejn hija it-trasparenza u is-serjeta taghkom jekk vera tridu regatta tmur il quddiem , sewwa jghidu li kemm ilha tirbaha l isla ix-xhield in nies naqset mill port. u nahseb veru.

    [Reply]

  5. vince zammit says:

    nahseb li l-isla ma qablux ..ghax l-isla ilhom hafna snin jirribattu protesti fuq ix xejn…..ghax nahseb li bormla bi protest jistaw xi darba jirbhu…KIF REBHU TA UNDER L’UNDER 18….

    [Reply]

  6. kevin says:

    heqqqq tajba din min qed jirbah bhalissa ma’ qabilx ma dan ir-regolament ,, mela qed ibabas jew????

    [Reply]

  7. stephen says:

    Grazzi tal-informazzjoni!!! Min jaf ghalfejn l-Isla ma qablux ma dan ir-regolament?

    [Reply]

Leave a comment