L-Isla jirbħu x-Shield għat-22 darba

Thursday, September 8, 2011, 16:00

minn Sandro Micallef

Il-Kuluri sofor u ħomor reġgħu ddominaw il-Port il-Kbir mhux biss għaliex l-Isla rebħu x-Shield ta’ Jum il-Vitorja tas-sena 2011, iżda wkoll minħabba li kienu n-nies Senglejani li bħas-soltu qajmu l-atmosfera fil-Port.

B’ammont sabiħ ta’ nies fuq il-Ponta tal-Isla, bil-banda u bil-gassijiet oranjo, l-Isla reġgħu taw pjaċir lid-dilettanti u ħadu pjaċir huma wkoll billi rreġistraw it-22 Shield ta’ Jum il-Vitorja fl-istorja tagħhom.

B’hekk illejla x-Shield terġa’ titla fuq il-bradella tal-Bambina waqt il-purċissjoni tal-Festa tal-Belt tagħhom.

Il-Marsa rebħu x-Shield tal-kategorija B, bil-qaddief Charles Ahar ikun strumentali fid-dagħajjes ta’ bi Tnejn u ta’ b’Erba’.

Regatta li kienet ikkaraterizzata b’diversi nuqqasijiet mill-ġurija fl-istart meta ħafna mit-tiġrijiet bdew mingħajr l-isparatura u ħafna qaddiefa ilmentaw li l-puppier l-anqas biss ma kien qed ikollu iċ-ċima f’idu.

Hekk kif għamel dan is-sit fl-aħħar Regatti Tradizzjonali dan is-sit reġa’ din is-sena wassal lill-qarrejja updates u riżultati LIVE minn ġewwa l-Port il-Kbir. 

Kien hemm stennija għall-Regatta oħra missielta fejn il-favoriti lejliet ir-Regatta kienu l-Isla, l-Marsa u Bormla. 

Fost in-novazzjonijiet li kellna din is-sena fil-Port il-Kbir sibna li mal-moll ntramaw il-Bars bi prezzijiet għolja fejn fost l-oħrajn flixkun ilma żgħir inbiegħ għall-prezz ta’ EUR1.25 u bla ma bdew jinħarġu irċevuti fil-bidu minn min kien responsabbli mill-Bar. Iktar tard matul il-ġurnata sar magħruf li l-prezz ta’ flixkun Coca Cola kien ta’ EUR1.95 u ħobża biż-żejt bdiet tinbiegħ għall-prezz ta’ EUR3.75. 

Jidher li kien hemm problemi wkoll fl-Istart fejn fit-tiġrija tal-Midalji ingħata l-bidu mingħajr mad-dgħajjes kollha ma kienu allenjati dritti fejn l-ekwipaġġ ta’ Bormla ma kienx qed iżomm iċ-ċima. Ta’ min isemmi li kien hemm ġest sportiv tal-Isla f’Tal-Midalji li ma tellqux qabel mar-rivali tagħhom Bormla kellhom pożizzjoni adekwata.  

Dan l-ilment ġie mressaq ukoll liċ-Chief Judge Sinclair Cassar li ħa l-provedimenti neċċessarji. Cassar kien qed jieħu post Bertie Muscat li baqa’ ma tfaċċax minħabba l-kwistjoni tar-regolament 2.10 li fuqu kien hemm kwistjoni taħraq. 

Sfortunatament jidher li l-bidu tat-tiġrija numru 6 kella sitwazzjoni problematika oħra hekk kif jidher li kien hemm xi opri li telqu qabel l-isparatura skond il-qaddiefa ta’ Bormla. 

Fost l-affarijiet li stunaw ukoll f’dan il-wara nofsinhar kienet il-vuċi xejn kordjali ta’ Margaret Merceica li ħadet ir-rwol ta’ speaker u announcer fejn l-anqas biss ma saret introduzzjoni fil-bidu.

Stona bil-kbir ukoll il-ħin li ġie ipprovdut lilna bħala media u li ġie kkomunikat lill-publiku tat-tiġrija ta’ bi Tnejn fil-kategorija Open. Hawn il-ħin skond l-organizaturi kien ta’ 4’26min li jiġi inqas mill-ħin tal-Midalji. Ara kif qatt jista’ jkun. Sitwazzjoni tipika li min qed jorganizza l-anqas biss jimpurtaħ mill-ħinijiet, l-aqwa li tgħaddi Regatta oħra u mbgħad naraw !!!

Ir-Regatta kienet qed tkun għal sena oħra organizzata mill-Kunsill Malti għall-Isport f’sena oħra fejn kien hemm ħafna miljorament mis-snin imgħoddija imma mhux biżejjed.

Klassifika Finali Open:

Isla 76, Bormla 48, Kalkara u Marsa 28, Kalkara 20

Klassifika Finali Kategorija B:

Marsa 68, Bormla 46, Isla 28, Marsamxett 18, Kalkara 8, Birgu 4

 Riżultati kollha

Tiġrija Nru 1: Kategorija B – Dgħajjes Ċ tal-Pass b’Żewġ Imqadef 

L-Ewwel Marsa (Charles Ahar u Clive Casha) Ħin: 5’47min 

It-Tieni Senglea, it-Tielet Bormla 

Ir-Raba’ Birgu, il-Ħames Birzebbugia, is-Sitt Marsamxett u Kalkara ma ħadux sehem 

Tiġrija Nru 2: Kategorija Open – Dgħajjes A tal-Midalji  

L-Ewwel Isla (Lawrence Ciantar, Clayton Darmanin, Rhys Fiteni, Donald Gilford) 4’49min 

It-Tieni Bormla, it-Tielet Marsa 

Ir-Raba’ Kalkara, il-Ħames Birgu, is-Sitt Marsamxett, is-Seba’ Birzebbugia 

Tiġrija Nru 3: Kategorija B - Kajjikki  

L-Ewwel Marsa (Jesmael Caruana u Nathaniel Caruana) 6’34min 

It-Tieni Bormla, it-Tielet Birgu 

Ir-Raba’ Kalkara, il-Ħames Marsamxett, is-Sitt Birzebbugia, l-Isla ma’ spiċċawx 

Tiġrija Nru 4: Kategorija Open - Frejgatini  

L-Ewwel Bormla (Redent Cassar u George Frendo) 6’52min 

It-Tieni l-Isla, it-Tielet Marsa 

Ir-Raba’ Kalkara, il-Ħames Birgu, is-Sitt Marsamxett, 

Tiġrija Nru 5: Kategorija B - Tal-Midalji  

L-Ewwel Bormla (Trevor Thomas, Glenn Bonello, Sven Refalo, Anthony Mifsud ) 4’35min 

It-Tieni Marsa, it-Tielet Marsamxett 

Ir-Raba’ Kalkara, il-Ħames Birzebbugia, Birgu skwalifikati, Isla ma spiċċawx  

Tiġrija Nru 6: Kategorija Open - Dgħajjes Ċ tal-Pass b’Żewġt Imqadef  

L-Ewwel Kalkara (Roderick Briffa u Noel Bugeja) 4’26min (Ħin ipprovdut mill-Judges probabilment żbaljat)

It-Tieni Isla, it-Tielet Marsa 

Ir-Raba’ Bormla, il-Ħames Marsamxett, is-Sitt Birgu, is-Seba’ Birzebbugia  

Tiġrija Nru 7: Kategorija B - Frejgatini  

L-Ewwel Marsamxett (Gino Viacava u Lee Pendry) 7’03min 

It-Tieni Kalkara, it-Tielet Bormla 

Ir-Raba’ Isla , il-Ħames Marsa , Birgu ma spiċċawx, Birzebbugia ma ħadux sehem  

Tiġrija Nru 8: Kategorija Open - Kajjikki 

L-Ewwel l-Isla (Donald Gilford u Gilmour Zammit)  6’20min

It-Tieni Bormla, it-Tielet Marsa 

Ir-Raba’ Kalkara, il-Ħames Birgu, is-Sitt Marsamxett, is-Seba’ Birzebbugia 

Tiġrija Nru 9: Kategorija B - Dgħajjes B Tal-Pass b’Erba’ imqadef  

L-Ewwel  Marsa (Charles Ahar, Clive Cacsha, Joseph Debono u Gilbert Savona) 5’26min

It-Tieni Isla, it-Tielet Bormla

Tiġrija Nru 10: Kategorija Open - Dgħajjes C tal-Pass b’Erba’ Imqadef  

L-Ewwel  l-Isla ( Lawrence Ciantar, Clayton Darmanin, Rys Fiteni, Donald Gilford) 5’17min

It-Tieni Bormla, it-Tielet Marsa 

 
 
 
 
 
 
 
 
 

Kalkara rebbieħa ta' bi Tnejn. Noel Bugeja u Roderick Briffa

Bormla rebbieħa tal-Frejgatina. George Frendo u Redent Cassar

Ir-Rebbieħa tal-Midalji l-Isla. Wara: Clayton Darmanin, Lawrence Ciantar. Quddiem Ryhs Fiteni u Donald GilfordBormla rebbieħa bil-Frejgatina. Redent Cassar u George Frendo jiċċelebraw wara li daħlu l-ewwel

L-Isla rebbieħa Kajjikk. Donald Gilford u Gilmour Zammit





9 Comments

  1. Joseph A.Borda-Kalkara says:

    Prosit lil-Kullhadd..u prosit ukoll tmur ghal- Kunsill Malti ghal-isports…….wara li jiena kont illi nieqes kwazi 4 snien mir regatta..rajt serjeta kbira f organizzjoni………u spicca..li jghaddi kollox……Prosit KMS……

    [Reply]

  2. hawha says:

    ma nistax nifem kif ma saritx ir-regatta fuq it-televixon

    [Reply]

  3. kajjik says:

    dizastru kbir u dizappunt ghall-Birgu, fejn marru l-qaddiefa ta’ esperjenza li kellhom il-girbien ? kajjikk

    [Reply]

  4. nikol says:

    alxejn tippruvaw tfixklu lil tal-Isla ahna c-champions

    [Reply]

  5. angelo says:

    prosit lil-KMS talli qedghin jippruvaw jghinu fir-regatta imma s’hemmekk jafu sandro . u x’sar minnu anton miceli ?

    [Reply]

  6. kirsty falzon says:

    doping tests saru pls ?

    [Reply]

    sengelan Reply:

    ijja u kulhad nadif

    [Reply]

  7. kevin says:

    flixkun coca cola €2.50 beda jinbieh ,mhux 1.95, filwaqt li jtijulek bla tapp u wara ftit isirlek jahraq jekk ma tixorbux mill ewwel.

    [Reply]

    kevin Reply:

    sorry energy drink kien 2.50 , filwaqt li coca cola beda jinbiegh 1.50 . il-hazin imma li tixtri flixkun u trid toqod bih bla tapp ghax jehodulek , pero jekk tmur tixtri mill gabbani dan jatijulek bit tapp!! barra min hekk iva smajna hafna ilmenti min qaddiefa ta bosta distretti minhabba it-tluq tat tigrijiet, Settembru tas-sena l-ohra kien hemm atmosfera ahjar anke bil bnadar tal-granmastri ix-xatt tal-belt taw atmosfera isbah kif ukoll is-sena l-ohra is-sapporters kienu maqsuma f zewgt gates separati , filwaqt li din is-sena bhal ma gara f marzu kullhadd f gate wahda u xi kulltant anke kien hemm tenzjoni fost il partitarji ta distretti rispettivi.

    [Reply]

Leave a comment