Referees Maltin impenjati barra minn xtutna

Sunday, August 8, 2010, 11:20

Ir-referee Internazzjonali Malti tal-Basketball Gordon Barbara fil-ġimgħat li għaddew kien impenjat f’diversi Turnaments barra minn xtutna. Fost dawn kien fl-Armenja, fejn ipparteċipa fil-kampjonat FIBA Div Ċ tan-Nisa. Hawn it-team Nazzjonali Malti tan-Nisa ħareġ rebbieħ f’din il-kompetizzjoni fuq it-team organizzativ Armenja. Barbara irrefja ukoll fit-Tourrnament Internazzjonali FIBA ta’ l-Irġiel li sar hawn Malta, fejn it-team Malti spiċċa fit-tieni post.

Matul il-ġimgha li għaddiet iz-żewg referes Internazzjonali Maltin Bernard Vassallo u l-istess Barbara ipparteċipaw f’Tourrnament tal-FIBA ta’ taħt is-sittax -il sena għat-tfajliet u ġuvintur li sar f’Andorra. Vassallo u Barbara separament, ikkontrollaw il-finali għat-tielet post fil-kategorijji rispettivi.

Fi tmiem din il-ġimgħa Gordon Barbara se jkun impenjat f’żewġ logħbiet ta’ kwalifikazzjoni fl-Albanija. Is-Sibt 7 t’Awissu Barabara se jkun ir-Referee fil-logħba mill-kwalifikazzjoni tal-FIBA EuroBasket 2011 Grup B tan-Nisa bejn l-Albanija u Lussembergu. Dawn iż-żewg teamijiet għadhom mingħajr rebħa fl-ewwel ħarġiet tagħhom.

L-għada il-Hadd 8 t’Awissu Barbara ser jikkontrolla , Albanija vs Ażerbaijan mill-kwalifikazzjoni tal-FIBA EuroBasket 2011 Grup B ta l-Irġiel. Din ser tkun l-ewwel logħba għaż-żewġ timijiet f’din il-kompetizzjoni. L-uffiċjali ma Barbara se jkunu Sladan Sundic mill-Montenegro, Milojevic Aleksandar filwaqt il-kummissarji tal-loghba se jkun Ristovski Ljupco. Dawn ta l-aħħar mill-Macedonja.





1 Comment

  1. Joseph Borg says:

    Mela Barbara mhux referee tal football??? dan kif persuna gurnata jirrefja loghba football u l-ghada (jew dakinhar stess) jirrefja l baskteball??? mhux bilfors jispicca jghaffeg???

    [Reply]

Leave a comment