Referees Maltin f’impenji internazzjonali

Wednesday, June 29, 2011, 12:57

minn Cristian Muscat

Clayton Pisani u Alan Mario Sant se jkunu qed jikkontrollaw logħbiet mill-ewwel leg tal-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-uefa europa league matul il-ġurnata tal-Hamis. Il-FIFA referee Clayton Pisani se jikkontrolla l-ewwee leg tal-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni bejn the New Saint FC ta’ wales u Cliftonville FC tal-Irlanda ta’ Fuq li se tintlgħab ġewwa Park Hall Stadium fi Shropshire ġewwa Wales. Il-membri l-oħra tat-tim ta’ referees li se jakkumpanjawh se jkunu l-FIFA assistant referee William Debattista, Paul Apap bħala t-tieni assistent kif ukoll Mario Apap bħala r-raba’ uffiċjal.

Min-naha l-oħra l-FIFA assistant referee Alan Mario Sant se jkun qed jikkontrolla l-ewwel leg tal-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-Uefa Europa League bejn JK Trans Narva tal-Estonja u FK Rabotricki tar-Repubblika tal-Maċedonja li se tintlgħab ġewwa Lillekula Arena gewwa Talinn fl-Estonja. Il-membri l-ohra tat-tim ta’ referees li se jakkumpanjawh se jkunu l-FIFA assistant referees Ingmar Spiteri u Alan Camilleri waqt li r-raba’ uffiċċjal se jkun Glenn Tonna.

Intant, ir-referree Malti Andre Arciola kkontrolla logħba ta’ ħbiberija li ntlagħbet ġewwa Luneburg fil-Germanja nhar il-Ġimgha bejn it-tim li kien qed jilgħab ġewwa daru SV Eintracht Luneburg u FC St Pauli minn Hamurg. FC St Pauli kienu wisq b’ saħħithom għal-Luneburg u l-loghba spiċċat intrebħet minn FC St Pauli bl-iskor kbir ta’ 8 b xejn.





Leave a comment